Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-ħsieb tal-mewt jeħlisna mill-illużjoni li aħna sidjien taż-żmien

Il-ħsieb tal-mewt jeħlisna mill-illużjoni li aħna sidjien taż-żmien


Il-Ħamis 1 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-ħsieb tal-mewt jeħlisna mill-illużjoni li aħna sidjien taż-żmien qal il-Papa Franġisku fl-omelija li għamel dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Il-mewt hi fatt, hija wirt u memorja, innota l-Papa.

Aħna la aħna eterni u lanqas bla siwi: aħna rġiel u nisa f’mixja fiż-żmien, żmien li jibda’ u jintemm. Imnebbaħ mill-ewwel Ktieb tas-Salten, dwar ir-Re David li wasal fi tmiem ħajtu, Franġisku stieden lil kulħadd jitlob biex jaqla’ l-grazzja li jkollu s-sens taż-żmien, sabiex ma jibqax priġunier tal-waqt preżenti li hu magħluq fih innifsu.

Il-mewt hi fatt li jolqot lil kulħadd, fakkar il-Papa, forsi aktar tard, aktar qrib, imma se tasal.

Iżda hemm it-tentazzjoni tal-mument li jieħu kontroll tal-ħajja u minħabba fih tibda tagħqad fil-labirint tal-egoiżmu tal-mument mingħajr futur. U l-mixja tintemm mal-mewt, ilkoll nafuh dan. Għal dir-raġuni l-Knisja dejjem fittxet li tgħinna nirriflettu fuq dan it-tmien tagħna: il-mewt.

Jien minix sid iż-żmien. Jekk dis-sentenza ntennuha spiss jgħinna ħafna, irrikmanda l-Papa, għax teħlisna mill-illużjoni tal-mument, li l-ħajja ngħejxuha qiesa l-ħoloq ta’ katina ta’ mumenti, ħaġa li ma tagħmilx sens. Jien ninsab f’mixja u għandi nħares ‘il quddiem, imma nikkunsidra wkoll, żied il-Papa, li l-mewt hi wirt, mhux wirt materjali imma wirt tax-xhieda.

Allura nistaqsi lili nnifsi: kieku Alla kellu jsejjaħli llum x’se jkun il-wirt tiegħi? Liema wirt se nħalli warajja bħala xhieda ta’ ħajti? Mistoqsija tajba li nagħmlu lilna nfusna. B’hekk inħejju ruħna għax ilkoll, ħadd minna, mhu se jibqa’ “bħala relikwija”. Le, ilkoll se naslu f’tarf dit-triq.

Il-mewt hija wkoll memorja, memorja antiċipata biex nirriflettu: meta mmut x’kont inħoss li jogħġobni nagħmel fid-deċiżjoni li rrid nieħu llum, fil-mod tal-ħajja llum? Hija memorja antiċipata li ddawwal il-waqt ta’ issa. Indawlu bil-fatt tal-mewt id-deċiżjonijiet li rridu nieħdu llum u kuljum, insista Franġisku.

Jekk nagħrfu li aħna ninsabu f’mixja lejn il-mewt, temm l-omelija l-Papa Franġisku, jagħmlilna tajjeb ilkoll kemm aħna.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: