Archive

Archive for February 3, 2018

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa ta’ Ħal Balzan

February 3, 2018 Leave a comment

Is-Sibt, 3 ta’ Frar 2018: Bejn is-Sibt u t-Tnejn, 3 u 5 ta’ Frar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jagħmel il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ, mal-anzjani u l-morda u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu servizz fil-parroċċa.  L-Arċisqof se jiltaqa’ wkoll mar-refuġjati residenti f’Ħal Balzan u mar-residenti u l-istaff ta’ Dar Merħba Bik.

Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-komunità ta’ Ħal Balzan. Read more…

Categories: Aħbarijiet

L-Evanġelju tal-Ħadd, 4 ta’ Frar 2018

February 3, 2018 1 comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 29-39

Immedjatament wara li ppriedka u keċċa l-ispirtu ħażin mir-raġel, Ġesù baqa’ sejjer mad-dixxipli tiegħu għand Pietru u Indrì. Jidher li Pietru u ħuh ma baqgħux joqgħodu Betsajda, minn fejn ġew, iżda marru joqgħodu fid-dar ta’ Pietru f’Kafarnahum. Read more…

Il-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena B

February 3, 2018 Leave a comment

Il-Ħadd, 4 ta’ Jannar 2018: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-qari tal-Quddiesa tal-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena, Sena B.

Il-komunità Nisranija trid tħoss l-urġenza li twassal il-kelma ta’ Ġesù lill-ġenerazzjoniet li telgħin

February 3, 2018 Leave a comment

Is-Sibt, 3 ta’ Frar 2018: L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’Ħal Balzan. Read more…

L-Evanġelju tas-Sibt, 3 ta’ Frar 2018

February 3, 2018 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6, 30-34

Ġesù ma jarax il-folla imma jara kull wiċċ li hemm fil-folla.

Id-dixxipli waslu lura mill-biċċa xogħol li qabbadhom Ġesù stess. Marru jippriedkaw fl-irħula u l-bliet tal-Gallilija u meta waslulura tawh rendikont ta’ kulma kien ġara; kulma kienu għamlu u għallmu. Anke jekk wasslu dak li kien qalilhom biex iwasslu u jwettqu dak li kien bagħthom u tagħhomis-setgħa biex iwettqu, id-dixxipli ħassew il-ħtieġa li l-ferħ li ġarrbu, u forsi d-diżappunti wkoll, jirrakkuntawhom lil Ġesù.
Read more…

Omelija ta’ Mons. Mario Grech fil-funeral ta’ Joe Attard SDC

February 3, 2018 Leave a comment

Is-Sibt 3 ta’ Frar 2018. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech fil-funeral ta’ Joe Attard, Superjur tal-Museum. Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra.

Read more…