L-Evanġelju tat-Tnejn, 5 ta’ Frar 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6,53-56

Fl-għeluq tal-kapitlu sitta li fih Marku jurinal-qawwa ta’ Ġesù fuq l-ispirti ħżiena, fuq il-mard u fuq in-natura kollha, jurina li n-nies bdeit temmen iktar fil-qawwa divina ta’ Kristu. Dak li jagħmel hu, ma jista’ jagħmlu ħadd bil-qawwa tiegħu innifsu ħlief Alla waħdu u dak li ġej minnu.

Il-kelma tiegħu imxandra bis-setgħa u l-fejqan li kien iwassal kull fejn ikun, ma’ kullmin jiltaqa’ miegħu ġibdu lejh il-kotra tan-nies mill-inħawi kollha tal-idwar. Hemm karba għas-saħħa u għall-ġid, għall-ħelsien mix-xkiel li l-mar du t-tbatija jġibu magħhom u Ġesù jaqta’ dan l-għatx.

Dawk kollha li jmissu miegħu ifiqu.

Il-fejqan ma jiġix meta nibqgħu ’il bogħod. L-ammissjoni tal-mard u n-nuqqas ta’ saħħa huma l-ewwle pass lejn it-tqarrib lejn il-kisba tal-ħniena. Fi rħula, bliet, jew kampnaja hemm it-tabtija li tgħaqqadna fi ħtieġa waħda. Neħtieġu l-fejqan ilkoll kemm aħna, aħna min aħna u ġejjin minn fejn ġejjin.

Ħaġa oħra li tidher ċara f’din is-silta, hija l-qawwa tal-interċessjoni. Li nidħlu għal xulxin għax nibżgħu għal xulxin huwa wkoll pass ieħor fil-proċess tal-fejqan u l-ksib lura mill-ġdid tas-saħħa u l-ġid aħħari.

Leave a Reply