Maria Ascensa Romero se tkun membru internazzjonali ġdid tal-Mixja Neokatekumenali

It-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018: Waqt irtir internazzjonali tal-Mixja Neocatechumenal li sar f’Porto San Giorgio, l-Italja, Kiko Argüello ħabbar fit-2 ta’ Frar li Maria Ascensa Romero se tkun membru internazzjonali ġdid tal-moviment, li se tieħu post Carmen Hernandez, li mietet fid-19 ta’ Lulju 2016. Argüello u Hernandez kienu l-ko-fundaturi ta’ dan il-moviment ekkleżjali. Continue reading “Maria Ascensa Romero se tkun membru internazzjonali ġdid tal-Mixja Neokatekumenali”

L-Arċisqof George Frendo inħatar President tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija

It-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018: L-Arċisqof Malti ta’ Tiranna-Durres, Mons. George Frendo O.P., inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija. Qabel inħatar president, Mons. Frendo kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-istess Konferenza Episkopali.

Continue reading “L-Arċisqof George Frendo inħatar President tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija”

L-Evanġelju tat-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 7, 1-13

Min jitla fuq il-għolja tal-Mulej? Min jgħammar fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018”