L-Evanġelju tat-Tlieta, 6 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 7, 1-13

Min jitla fuq il-għolja tal-Mulej? Min jgħammar fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa.

Salm 24 hekk jirrifletti dwar dawk li jixtiequ li jkunu jixirqilhom ikun qrib ta’ Alla, jgħixu miegħu. Il-qalb safja ma tidhirx; li ma tagħtix ruħek għall-frugħa (u l-ktieb ta’ Qoħelet jiftaħ bil-kliem: ‘Frugħa tal-tal-frugħat, kollox hu frugħa’) hija ħġa diffiċli ħafna. Għalhekk jekk waħda ma tidhirx u l-oħra hija kważi mpossibli f’għajnejna, x’nagħmel bie xinkun nidher li qed nobdi l-Kelma ta’ Alla? Nagħmel tajjeb u b’mod li jidher ħafna minn kulħadd dak li jidher u hu sempliċi. Wara kollox, x’hemm iktar sempliċi milli taħsel idejk qabel u waqt l-ikel? U mhux biss sempliċi, imma jista’ jarak kulħadd.

Delegazzjoni oħra ġiet mibgħut amill-Fariżej ta’ Ġerusalemm biex jagħrblu lil Ġesù, kliemu u għemilu. Il-mandat tagħhom, mid-dehra kien jinkudi lil dawk li kienu miegħu ukoll, kliemhom u l-imġieba tagħhom. Li dawk fl-awtorità jinvestigaw lil Ġesù ma kien fiha xejn ħażin fiha nnifisha; kellhom responsabiltà li jħarsu lill-poplu mill-profeti jew messiji foloz. Iżda il-kriterju għall-ġudizzju ma kienx il-kelma ta’ Alla iżda l-liġijiet, mgħoddija minn missier għall-iben u fl-aħħar miktuba, maħluqin mill-kittieba u l-imgħallmin biex jinterpretaw u jispregaw u jadattaw b’mod prattiku il-l-liġi ta’ Alla. Imbagħad jispjegaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni billi joġolqu interpretazzjonijiet u applikazzjonijiet differenti, bi pwieni ħorox għal min ma jimxix magħhom. Ngħidu aħna biex tnaddaf idejk qabel u waqt l-ikel, ridt tuża ilma li jkun f’reċipjenti tal-ġebel apposta, biex l-ilma jkun tassew safi, imbagħad titfa’ f’qiegħ idek il-waħda ilma daqs kemm tesa qoxra ta’ bajda u nofs u taħsel idek mill-ponot tas-swaba ’l isfel sal-polz, l-ewwel waħda u mbagħad l-oħra, imbagħad tagħmel l-sitess għall-id l-oħra. Wara li tlesti l-ewwel tindifa tirrepeti kollox bil-maqlub, jiġifieri titfa l-ilma fuq il-polz u tħallih jiżel sal-ponot tas-swaba. Jekk ma tagħmilx hekk, u tiekol il-ħobż, tkun qisek qed tiekol il-ħmieġ tal-bnedmin. (dan jgħinna nifhmu iktar dak li jgħid Ġesù fis-silta ta’ wara din)

San Mark jgħidilna li d-dixxipli ta’ Ġesù kienu qed jieklu mhux b’idjehom maħmuġin, iżda ‘mhux indaf’; fuqhom ma kellhomx ħmieġ, iżda ma kienux maħsulin kiif għandu jkun, skont id-drawwiet u t-tradizzjonijiet li ħolqu l-bnedmin stess matul is-snin. Minn hekk jidher li dawn in-nies spiċċaw biex dak li ħoloq il-bniedem tqiegħed fu ql-istess livell ta’ dak li ordna Alla. kważi kważi saru iktar importanti minn dak li jrid Alla, għax il-ġudizzji li kienu jgħaddu kienu jġibu fix-xejn dak li jrid Alla bie xtgħaddi tagħhom.

U għalhekk Ġesù jittimbrahom nie sta’ wiċċ b’ieħor, nies lebsin maskra, għax filwaqt li juru li huma reliġjużi u jilgħabuha tal-umli u l-qaddisa, u quddiem in-nies jirnexxilhom, imma qalbhom hija ’l bogħod minn Alla.

Nafu x’jiġifieri bosta aħna f’din il-gżira. L-osservanza tat-tradizzjonijiet tagħna saret il-karnival tal-kuxjenza, u fejn ma kellniex tradizzjonijiet biżżejjed ħloqna oħrajn biex ikabbru l-għata fuq il-kuxjenza mħassra. Fil-Knisja nsibu bil-mijiet, nikkundannawhom u kburin biehom. Fis-soċjetà ċivili kellna inqas imma ħloqna oħrajn, kbar u bl-istess qawwa aljenattiva tal-loppju. Ħloqna attiviatjiet ta’ ġbir ta’ fondi li jonfħu l-ġenerożità li tassew teżisti għal miljuni ta’ drabi, iżda mbagħad li naqilgħu qlajja, inxerrdu l-mibgħeda u niżirgħu il-firda b’kelma, kumment jew espressjoni, ħamsin darba kuljum, dak jitgħatta taħt il-velu tal-ġenerożità fil-ġbir tal-fondi.

l-eżempju li ġib Ġesù huwa eżempju serju iżda kien fatt komuni. Biex wieħed jevita li josserva l-kmandament weġġaħ lil missierek u lil ommok, kien jddikjara li flusu kienu ta’ Alla; hu setgħa jagħmel li jrid bihom, għax Alla qatt ma kien se jistaqsih għall-interessi, iżda ma setax jgħin lil ommu u lil missieru bihom. Toħloq liġi, tivvinta drawwa jew tradizzjoni biex tikser il-liġi ta’ Alla. Mhux ta’ b’xejn li ħafna bnedmin, inrabbu ġilda ta’ ljunfant u stonku ta’ dragun, anke quddiem tbatija ta’ bnedmin li aħna nqisuhom mhux importanti, jekk mhux xkiel ukoll.

Id-drawwiet u t-tradizzjonijiet jistgħu ikunu sbieħ, kultant anke utli, imma qatt m’għandhom ikunu għamad quddiem ir-rejaltà tagħna nfusna fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u mal-bnedmin. L-osservnza tagħhom tista’ tkun għodda li torbotna mal-imgħoddi, iżda meta nagħmluhom alla tagħna jixkanawna fil-futur bla għodda biex ngħixuh.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.