Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Erbgħa, 7 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 7 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 7, 14-23

Id-drawwiet u t-trdizzjonijiet hum ankra soda li jorbtuna mal-imgħoddi biex niftakru fl-għerqu tagħna, iżda meta jieħdu post u jogħlew ’il fuq mill-iktar essenzjali jispiċċaw strumenti vojta li jaljewnawna minn dak li hu ġenwin u meħtieġ.

It-twissija ta’ Ġesù, marbuta mas-silta ta’ qabel din huwa ċar daqs il-kristall. B’riferenza għal dak li kienu jgħallmu l-awtoritajiet reliġjużi Lhud, li kienu jagħmlu hekk anke biex iżommu s-setgħa fuq in-nies, Ġesù jurina biċ-ċar li dak lijoħroġ mill-bniedem huwa li jħammġu għax huwa frott il-qalb u l-moħħ korrotti mmexxija mill-intenzjonijiet ħżiena. Id-dgħufija tal-bniedem diġa tiġbdu lejn dak li hu kariċċuż u egpoist, iżda fejn imabagħad jiħdol il-ħażeb u l-intenzjonijiet tal-ħsara, il-ħmieġ li joħroġ itebba’ lill-bniedem li minnu joħorġu. Bil-malti ngħidu lil-azzjoni hi ta’ min jagħmilha mhux ta’ min jirċeviha. U hekk tassew hu.

Il-lista ta’ ħażen li jsemmi Ġesù mhux biss itebba’ lill-bniedem li joħroġ minnu, iżda tnawwar ukoll il-valuri li jmexxu soċejtà lejn il-ksib tal-ġid komuni. Jekk kulħadd iħalli l-ħmieġ jorħoġ minnu, ħadd ma jista’ jipponta subgħajh lejn ħadd għax kulħadd ikun qed jherri l-għaqda u s-solidarjetà.

Huwa lejh innifsu li kull bniedem irid iħares biex irażżan dak li joħroġ minnu u mhux dak li jidħol fih.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: