24 siegħa għall-Mulej 2018

24siegha.jpgDin is-sena okkażjoni tajba se jkun ukoll l-inizjattiva “24 siegħa għall-Mulej”, li tistedinna niċċelebraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni f’kuntest ta’ adorazzjoni Ewkaristika.

Fl-2018 din sa tinżamm il-Ġimgħa 9 u s-Sibt 10 ta’ Marzu, imnebbħa mill-kelmiet tas-Salm 130:4: “Għandek hemm il-maħfra”.

F’kull djoċesi, almenu knisja waħda tibqa’ miftuħa għal erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttiva, biex toffri l-possibbiltà tat-talb ta’ adorazzjoni u tal-Qrar sagramentali.

Il-midneb jista’ jsir qaddis imma l-korrott le

Il-Ħamis 8 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Nishru dejjem u kuljum biex ma nitbegħdux mill-Mulej. Din kienet l-istedina li għamel il-Papa Franġisku waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, dalgħodu. Il-Papa għamel riflessjoni dwar ir-riskju li aħna lkoll esposti għalih, ir-riskju li qalbna tiddgħajjef. Continue reading “Il-midneb jista’ jsir qaddis imma l-korrott le”

L-Evanġelju tal-Ħamis, 8 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 7, 24-30

Kif Ġesù jgħid li ebda ikel ma hu mniġġes iktar minn ieħor, hekk ukoll juri li ebda poplu m’hu inqas minn ieħor. Ġesù jimxi mat-80 kilometru biex imur fil-belt ta’ Tir fuq ix-xtajta tal-Lvant tal-Mediterran, belt tal-Feniċi, li snin qabel ikkolonizzaw lil Malta u li probabilment tawna l-għeruq semitiċi tal-lingwa tagħna. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħamis, 8 ta’ Frar 2018”