L-Evanġelju tal-Ħamis, 8 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 7, 24-30

Kif Ġesù jgħid li ebda ikel ma hu mniġġes iktar minn ieħor, hekk ukoll juri li ebda poplu m’hu inqas minn ieħor. Ġesù jimxi mat-80 kilometru biex imur fil-belt ta’ Tir fuq ix-xtajta tal-Lvant tal-Mediterran, belt tal-Feniċi, li snin qabel ikkolonizzaw lil Malta u li probabilment tawna l-għeruq semitiċi tal-lingwa tagħna.

Ma kienx soltu li Ġesù jmur fi bliet tal-pagani, iżda jimxi daqshekk fit-tul biex imur f’din il-belt biex juri li huwa ġie wkoll biex isejjaħ lill-pagani. Fl-istess ħin ma riedx joffendi wisq is-sensitività ta’ niesu u għalhekk ma riedx li dil-ħaġa tixxandar. Minkejja dan, jidħol joqgħod f’dar ta’ dik il-belt.

Frażi mill-isbaħ li juża San Mark hija li Ġesù ma jistax jinħeba. Ġesù qatt ma kellu intenzjoni li jibqa’ moħbi. Kull fejn ikun jiġbed ln-nies lejh u n-nies jersqu lejh u jiddakkru minnu. Minn dawk lijiltaqgħu miegħu hemm min jinbidel għall-aħjar u hemm min jinbidel għall-agħar. Iżda qatt ma jibqa’ moħbi. Hemm min jinġibed lejh u jissaħħar minnu u hemm min jużah biex jippromwovi l-aġenda moħbija u qarrieqa tiegħu. Kien hekk dakinhar u huwa hekk illum ukoll.

Din il-mara, li San Mark jagħmlilna emfasi kbira ma kienetx Lhudija, iżda Sirofeniċja minn għeruqha, marret u nxteħtet quddiem Ġesù tinterċedi għal bintha. M’għamlitx bħalma għamlu l-Lhud tal-Gallilij ali ħadulu quddiemu l-morda tagħhom u lil dawk maħkuma bl-ispirti ħżiena. Ma għamlitx bħal Ġajru li talbu jmur id-dar ifejjaqlu lil bintu, iżda marret titlob għal bintha. Il-bżonnijiet ta’ bintha għamlithom tagħha u marret titolbu għaliha. Min jitlob ġenwinament għal xi ħad dikun qe djagħmel il-ħtiġijiet ta’ dak ix-xi ħadd tiegħu stess u għalhekk jitlob għalih b’ħeġġa daqs li kieku għalih innifsu.

Il-Lhud kienu jqisu lill-pagani mqabblin magħhom bħala klieb, fis-sens l-iktar negattiv tal-kelma. Dawk il-klieb. Għalkemm Ġesù jidher li għall-ewwel jirrifjuta t-talba ta’ din il-mara u jkellimha iebes, ma jużax il-kelma ‘klieb’ iżda ‘ġriewi’. Fit-tradizzjoni griega li biha nkiteb l-Evanġelju, u anke fil-lingwa tagħna, il-Kelma ġeru jew fergħ ta’ annimal mhux biss mhix kelma offensiva, talli hija kelma li turi għożża. Ġesù ineħħi t-tingiża mill-kelma u jibdilha f’turija ta’ għożża. Il-mara tifhem dak lijrid jgħid Ġesù u tagħmle il-qalb biex tkompli tidħol għal bintha. Ma targumentax miegħu għa xtifhem li kien qed jgħinha tkompli titlob. Mhux talli ma kienx qed jitfi l-fidi tagħha talli kien qiegħed iħeġġiġha tkabbarha u tesprimiha b’determinazzjoni.

It-talba tal-fidi tagħha hija qasira, umli, imħeġġa, imrażżna, turi rispett kbir, mibnija fuq ir-raġuni, turi dipendenza fuq il-ħniena ta’ Ġesù u perseveranti. Hija mudell perfett u siewi ta’ kif għandu jkun it-talb tagħna. Quddiem talba bħal din ta’ din il-mara, Ġesù ma jiflaħx jgħid le!

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.