Nirringrazzjaw lill-Mulej li ġie jżurna permezz tal-Appostlu Missierna

Is‑Sibt 10 ta’ Frar, festa ta’ San Pawl Nawfragu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil‑Knisja ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad. Continue reading “Nirringrazzjaw lill-Mulej li ġie jżurna permezz tal-Appostlu Missierna”

L-Evanġelju tal-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 40-45

Ma jistax kien f’xi wieħed mir-rħula jew bliet. Il-marid bil-lebbra qatt ma seta jersaq lejn fejn kienu joqgħodu n-nies. Kellhom jgħixu barra fil-kampanja, u meta jivvjaġġaw, jilbsu u jitgħattew b’ ċertu mod u huma u miexja jgħajtu u jwissu lil kulħadd li għaddejjin huma.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018”

L-Evanġelju tas-Sibt, 10 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 16, 15-20

Biex jagħalq l-Evanġelju tiegħu, Marku jonqsu biss żewġt ivrus wara din is-silta, jagħlaq kapitlu sittax u jagħalq l-aħbar it-tajba kif ġarrabha hu u l-komunità jew komunitajiet li għex fihom sa dakinhar. Iż-żewġt ivrus li jonqos jiddeskrivu, x’ġara minn Ġesù li tela’ s-sema u kif wieġbu il-Ħdax għas-sejħa ta’ Ġesù.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt, 10 ta’ Frar 2018”