Nhar l-Erbgħa, Ras ir-Randan

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, ser jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Dawk kollha li jaħdmu l-Belt Valletta jew jinzertaw il-Belt huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni. Continue reading “Nhar l-Erbgħa, Ras ir-Randan”