Il-paċenzja hija djalogu mal-limitazzjonijiet tagħna


It-Tnejn, 12 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija ta’ dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa qal li l-paċenzja mhix rassenjazzjoni iżda djalogu mal-limitazzjonijiet tagħna.

 

Nitolbu lill-Mulej biex itina l-virtù tal-paċenzja meħtieġa minn min jinsab f’mixja u jġorr fuq spallejh diffikultajiet u provi, bħalma għandhom bosta ħutna persegwitati fil-Lvant Nofsani.

Fl-ewwel qari tal-ġurnata, Ġakbu l-Appostlu jikteb li meta l-fidi tgħaddi mill-prova, tiġġenera l-paċenzja.

Xi jfisser, staqsa l-Papa, li nieħdu paċenzja fil-ħajja meta ngħaddu mill-provi? Mhux faċli tifhimha din. Franġisku għamel distinzjoni bejn il-paċenzja kristjana u r-rassenjazzjoni, bejn il-paċenzja kristjana u s-sens ta’ telfa. Il-paċenzja kristjana hi virtù ta’ min hu miexi mhux ta’ min hu wieqaf u magħluq.

Meta bniedem ikun miexi jiltaqa’ ma’ sitwazzjonijiet li mhux dejjem huma favorevoli. Għalija, qal il-Qdusija Tiegħu, il-virtù f’mixja turi l-veru paċenzja tagħha f’dawk il-ġenituri li titweldilhom tarbija mardia jew diżabbli. Imma għall-grazzja t’Alla, li hu ħaj, dawn huma n-nies paċenzjużi.

Dawn irabbu lill-wild tagħhom b’imħabba, sal-aħħar. U mhux faċli ġġorr piż bħal dan għal snin sħaħ. Madnakollu, il-ferħ li għandhom wild itihom il-forza biex jieħdu paċenzja u din mhix rassenjazzjoni. Jiġifieri din hi l-virtù li tiġi meta bniedem ikun f’mixja. Il-paċenzja nisranija ma timxix fit-triq tat-telfa.

Mill-oriġini tal-kelma “paċenzja” għandna aktar x’nitgħallmu, issokta Franġisku. Fit-tifsira tal-kelma jidħol ukoll is-sens ta’ responsabbiltà, għax min jieħu paċenzja ma jmilx taħt it-tbatija, imma din terfgħu ‘l fuq bil-ferh, jgħidilna l-appostlu.

Il-paċenzja tfisser li wieħed jiffaċċja d-diffikultà mhux jgħaddieha fuq spallejn ħaddieħor. Il-paċenzja hi l-għerf li wieħed jagħraf jiddjaloga mal-limitazzjonijiet tiegħu.

Imma l-paċenzja li jitkellem dwarha San Ġakbu mhix parir lill-insara, osserva l-Papa. Jekk inħarsu lejn l-istorja tas-salvazzjoni, kompla jgħid, naraw il-paċenzja ta’ Alla, Missierna li mexxa lill-poplu rasu iebsa kull darba li dan kien jagħmel xi idolu u jibda’ jħares lejn naħa oħra.

Hi paċenzja wkoll dik li l-Missier tagħna tas-Sema għandu ma’ kull wieħed u waħda minna meta jakkumpanjana u jistenniena. Dan hu Alla li bagħat lil Ibnu biex bil-paċenzja jerfa’ fuq spallejh il-missjoni tiegħu u b’rieda soda jaffronta l-passjoni.

U hawn niftakar f’ħutna tal-Lvant Nofsani mkeċċijin għax huma nsara. U dawn huma deċiżi li jibqgħu nsara, qed jieħdu paċenzja bħalma jeħodha l-Mulej.

B‘dan f’moħħna, illum nistgħu nitolbu għall-poplu tagħna. Nitolbu hekk, temm il-Papa: “Mulej, agħti lill-poplu tiegħek il-paċenzja biex jagħraf jerfa’ l-provi”.

U nitolbu wkoll għalina ta’ kemm-il darba ma konniex paċenzjużi. Meta l-affarijiet ma jmorrux kif irriduhom u jitlgħana….. Imma ieqaf ftit, aħseb fil-paċenzja ta’ Alla l-Missier. Il-paċenzja hi virtù sabiħa, nitolbuhielu lill-Mulej.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.