Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tnejn, 12 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tat-Tnejn, 12 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 8, 11-13

L-arroganza tagħhom ma setgħux iżommuha lura. Il-bniedmeli jaħseb limiss is-sema b’idejh jasal biex majkunx jista’ jaħbi s-superjvja u r-ras iebsa tiegħu, anzi jsir kburi biha, jgħix biha, issi ril-ħobna ta’ kuljum meħtieġa tiegħu biex iżomm il-pożizzjoni li jaħseb li jkun kiseb.

Hekk ġralhom il-Fariżej. Ma baqgħux kuntenti iktar bid-delegazzjonijiet li kienu jibgħathu jgħassu fuq Ġesù għax dawn ma waslu mkien. Iddeċiedew li jmorru huma u jikkonfrontawh. Bdew iħaqquha miegħu.

Fil-mistoqsijiet li bdew jagħmlulu naraw waħda mit-tentazzjonijiet li Ġesù ġarrab fid-deżert; aqbeż minn hawn u naraw x’jiġri. Tentazzjoni li nsibuha wkoll meta Ġesù kien minxur fuq is-salib; inżel minn hemm u nemmnu. It-tentazzjoni biex Ġesù jkun spettakulari. Iżda l-miraklili wettaq Ġesù qatt ma kellhom l-għan li juru kemm kien kbir hu, iżda kemm kbir hu Alla fil-ħniena tiegħu ma’ min idur lejh. Il-Lituġija titlob lil Alla li juri s-setgħa tiegħu meta jaħfrilna u jħenn għalina, għa xtassew li huwa Alla setgħani, il-ħniena tiegħu tikber f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu mhux fuq dawk li jaħsbu li huma aqwa minnu. Alla m’għandux għalfejn jagħti prova tal-kobor tiegħu u min jitolbu din il-prova jkun qe djuri ċ-ċokon ta’ moħħ fqir mibni fuqu nnifsu.

L-arroganza tal-fariżej u min jgħix bħalhom twassal għall-waqgħa tagħhom. Ikun sinjal li jmeruh u jġib il-waqgħa ta’ ħafna f’Iżrael. Min iħalli moħħu jidjieq ikun qed jiobżoq ’il barra minnu kull ma jista’ jagħnih. Ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel li jirraġuna b’dan il-mod, għax ma jiflaħx għalih, ma jesax il-kobor tiegħu.

Meta l-aġenda arroganti tal-bniedem tikber b’tali mod li anke lil Alla tara dubbien, iddur fuqu nnifsu u teqirdu. Teqirdu fl-egożmu li jaqtgħu minn kulħadd, teqirdu fl-injoranza li ġġiegħlu jaħseb li fid-dinja kollox idur madwaru, li ħadd ma jista’ għalih u li m’għandu bżonn ħadd.

Quddiem din l-attitudni u l-imġieba, ħaġa waħda kien fadallu jagħmel Ġesù u għamilha, u hekk jagħmel kull bniedem li jagħaraf il-qerq tagħhom. Telaq minn hemm u ħalliehom mar ix-xatt l-ieħor. Il-biskuttini f’ħalq il-ħmir u ma ħela li lanqas Alla ma jird.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: