Home > Aħbarijiet, Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta, Papa Franġisku > Il-laqgħa ta’ missier ta’ Knisja ma’ Pietru

Il-laqgħa ta’ missier ta’ Knisja ma’ Pietru


It-Tlieta 13 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta tal-lum, uriet l-għaqda li hemm bejn Pietru u l-Knisja Greco-Malakita. Flimkien mal-Papa iċċelebra l-Ewkaristija l-Patrijarka ta’ Antjokja, Youssef. Iż-żewġ rgħajja esprimew gratitudni reċiproka għal dal-mument ta’ fraternità kbira.

 

Flimkien mal-Papa Franġiksu u l-Patrijarka Youssef ikkonċelebraw għadd ta’ Isqfijiet Greco-Malakiti Kattoliċi li marru Ruma wara li fil-bidu tax-xahar ta’ Frar huma ċċelebraw Sinodu fil-Libanu.

L-għan taż-żjara kien biex pubblikament tintwera l-komunjoni ekkleżjali bejn iż-żewġ Knejjes permezz taċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-Papa Franġisku kien laqa’ t-talba li għamillu l-Patrijarka Youssef, li kien għadu  kif inħatar fil-kariga, fit-22 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet.

Ilbieraħ, waqt udjenza mal-membri tas-Sinodu Greco-Malakita l-Papa fakkar li qatt ma kien daqstant importanti daqskemm hu f’dawn iż-żminijiet, li r-rgħajja jwieġbu għas-sejħa biex juru lill-poplu t’Alla, l-għaqda u l-qrubija, is-solidarjetà, it-trasparenza u x-xhieda permezz tal-komunjoni

Waqt il-quddiesa l-Papa reġa’ spjega s-sens u l-valur ta’ din il-komunjoni:  Dil-quddiesa, qal Franġisku, ma’ ħuna l-Patrijarka Youssef, se tkun il-komunjoni appostolika. Huwa kap ta’ Knisja antika ħafna u ġie jgħannaq lil Pietru biex jgħid li hu jinsab f’għaqda ma’ Pietru

Din hi t-tifsira taċ-ċerimonja tal-lum, issokta l-Papa: il-laqgħa ta’ missier ta’ Knisja ma’ Pietru. Knisja rikka, bit-teoloġija propja tagħha li taqbel mat-teoloġija Kattolika, bil-liturġija meraviljuża u bil-poplu tagħha li f’dal-waqt, fil-biċċa l-kbira tiegħu, jinsab imsallab bħal Ġesù

Noffru dil-quddiesa, kompla jgħid Franġisku, għal dal-poplu li qed ibati, għall-Insara persegwitati fil-Lvant Nofsani, nies li jitilfu ħajjithom, ġidhom, il-propjetajiet tagħhom għax imkeċċijin. Noffru l-quddiesa wkoll għall-ministeru ta’ ħuna Youssef.

Il-patrijarka ta’ Antjokja, f’isem l-isqfijiet preżenti, esprima l-gratitudni kommossa tiegħu lill-Papa għal din il-quddiesa sabiħa li turi l-komunjoni. U żied jgħid li ħassu mqanqal għall-aħħar bil-karita fraterna, bil-ġesti ta’ fraternità u solidarjetà murija mal-Knisja tiegħu.

Fl-aħħar, il-Patrijarka Youssef għamel dil-wegħda lill-Papa: Inwegħduk li lkoll inżommuk dejjem fi qlubna, kleru u fidili u se nibqgħu niftakru f’dan l-avveniment tal-lum, f’dawn il-waqtiet storiċi, dal-mument li tant hu sabiħ li m’għandix kliem biex niddeskrivih, dil-fraternità, dil-komunjoni li tgħaqqad lid-dixxipli ta’ Kristu kollha.  Santita, grazzi, temm il-Patrijarka.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: