L-ACN Malta twieġeb għall-appell tal-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 13 ta’ Frar 2018: L-Aid to the Church in Need (Malta), flimkien mal-Komunità tas-Sorijiet tal-Bon Pastur, ser torganizza Siegħa Adorazzjoni skont l-intenzjoni tal-Papa nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar 2018 fit-3.00 pm, fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan. Din l-inizjattiva qed issir wara sejħa mill-Papa Franġisku nnifsu li ħeġġeġ lil kull persuna ta’ rieda tajba għat-talb u sawm għall-paċi f’diversi nħawi tad-dinja, b’mod partikolari għall-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tas-Sudan t’Isfel.

Ara l-poster b’aktar dettalji … ACN X’nista’ nagħmel għall-Paċi

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply