“24 siegħa għall-Mulej” organizzata mis-Seminaristi u l-Kapitlu tal-Katidral

Wara l-inizjattiva tal-Papa Franġisku, 24 Siegħa għall-Mulej, is-Seminaristi Maltin, bl-għajnuna tal-Kapitlu Metropolitan  qed jorganizzaw Velja fil-Katidral tal-Imdina fid-9 u l-10 ta’ Marzu li ġej li matulha l-Katidral ser jibqa miftuħ il-lejl  kollu.  Se jkun hemm Adorazzjoni Ewkaristika,  ħinijiet ta’ riflessjoni, kant, kif ukoll mumenti ta’ skiet quddiem Ġesu Sagramentat. Se jkun hemm ukoll Saċerdoti għal dawk li jkunu jixtiequ jqerru. Kulħadd huwa mistieden għal din l-opportunita’ ta’ talb u maħfra.  Għal aktar informazzjoni ara l-poster 24 siegħa għall-Mulej.

Il-Papa Franġisku jiċċelebra Quddiesa mal-Patrijarka Grieg ta’ Antjokja

379130-740xNoneIt-Tlieta, 13 ta’ Frar 2018:  Illum il-Papa Franġisku kkonċelebra quddiesa flimkien mal-Patrijarka Grieg ta’ Antjokja.  Minflok l-omelija tiegħu tas-soltu il-Papa tkellem dwar is-sinifikat importanti ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li tikkonferma l-għaqda appostolika taż-żewġ knejjes peress li anke l-istess Patrijarka ġie biex jikkonferma l-komunjoni tiegħu ma’ Pietru.  Ara aktar dettalji … http://thechurchinmalta.org/mt/posts/75582/il-papa-frangisku-jiccelebra-quddiesa-mal-patrijarka-grieg-ta-melkite

Ċelebrazzjoni ta’ Ras ir-Randan mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018:  Illum il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Continue reading “Ċelebrazzjoni ta’ Ras ir-Randan mill-Arċisqof Charles J. Scicluna”

Il-Liturġija tal-Kelma. III. Il-Kredu u t-Talbiet universali

10. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 14 ta’ Frar 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-għodwa t-tajba mqar jekk il-ġurnata ma tantx ħarġet sabiħa. Imma jekk il-qalb tkun ferħana, dejjem hi għodwa tajba. Għalhekk, l-għodwa t-tajba! Illum l-udjenza sa ssir f’żewġ partijiet: grupp ċkejken ta’ morda fl-awla, minħabba fit-temp, u aħna hawn. Imma aħna qed naraw lilhom u huma qed jaraw lilna fuq l-iskrin il-kbir. Ejja nsellmulhom b’ċapċipa.

Continue reading “Il-Liturġija tal-Kelma. III. Il-Kredu u t-Talbiet universali”

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 6, 1-6

F’dan l-ewwel pass f’din il-mixja, il-Liturġija ta’ Ras ir-Randan, b’mod simboliku tħeġġiġna biex nersqu ħalli jitpoġġa fuq rasna r-rmied imbierek b’sinjal ta’ ndiema u ħarsa lura lejn l-għeruq tagħna bi ħsieb lejn it-tmiem tagħna, li trab konna u trab nerġgħu insiru. Iżda ma tieqafx hemm. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018”