Ċelebrazzjoni ta’ Ras ir-Randan mill-Arċisqof Charles J. Scicluna


L-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018:  Illum il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

CURIA FILE PHOTOL-Arċisqof Charles J. Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, ser jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Dawk kollha li jaħdmu l-Belt Valletta jew jinzertaw il-Belt huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Matul dan ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-Insara biex jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-Sagramenti u jattendu l-eżerċizzi spiritwali. Il-Knisja tfakkar ukoll li f’Ras ir-Randan u nhar il-Ġimgħa l-Kbira, kull min għalaq it-18-il sena u għadu ma daħalx fis-60 sena u mhux skużat minn xi raġuni serja, għandu d-dmir li jsum, waqt li kull min għalaq l-14-il sena għandu l-obbligu li jastjeni milli jiekol laħam jew ikel ieħor
li jogħġbu ħafna.

Filwaqt li tinkuraġġixxi l-penitenza fi żmien ir-Randan, il-Knisja tixtieq tfakkar li fost il-jiem u ż-żminijiet tal-penitenza hemm il-jum tal-Ġimgħa matul is-sena kollha.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.