Adorazzjoni Ewkaristika oħra mill-Komunità Anawin

Il-Komunità Anawim qed torganizza Adorazzjoni Ewkaristika oħra bit-tema, Naduraw lil Ġesù f’Ġuf Marija.  Din ser issir il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2018 fis-6.30 pm fil-Knisja ta’ Santa Margerita, f’Sannat.  Ara l-poster … Continue reading “Adorazzjoni Ewkaristika oħra mill-Komunità Anawin”

Safeguarding Minors – kif niprevjenu trawmi sesswali fit-tfal?

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Safeguarding Minors – kif niprevjenu trawmi sesswali fit-tfal?  Il-laqgħa ser tinżamm fl-Istitut tal-Familja, Victoria, Għawdex nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar bejn is-6.00pm u s-7.15pm u ser titmexxa minn Dun Joseph Farrugia, psikologu, Direttur tal-Gozo Family Counselling Centre u lecturer fl-Università ta’ Malta.  Mistieden kulhadd, specjalment il-genituri u carers ta’ tfal.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.  Ara l-poster għal aktar tagħrif …  Continue reading “Safeguarding Minors – kif niprevjenu trawmi sesswali fit-tfal?”

Ir-Randan Żmien ta’ Namur

L-Erbgħa 14 ta’ Frar 2018:  Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech fil-Katidral tal-Assunta, Il-Belt Victoria, fl-Erbgħa tar-Rmied

Illum, waqt li l-Knisja tagħti bidu solenni għar-Randan, is-soċjetà ċivili qed tiċċelebra l-festa ta’ San Valentinu. Forsi ftit jgħaddilhom minn rashom li hemm paralleliżmu bejn dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet, u l-festa ta’ San Valentinu tista’ tkun okkażjoni tajba biex ninawguraw dawn l-erbgħin jum tar-Randan. Għax kemm il-waħda u kemm l-oħra huma marbuta mal-imħabba. Continue reading “Ir-Randan Żmien ta’ Namur”

L-Arċisqof illum jitlaq fuq missjoni mogħtija lilu mill-Papa

Il-Ħamis, 15 ta’ Frar 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. L‑Arċisqof ser iżur New York u ċ‑Ċilì għal numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta l‑Ħadd, 25 ta’ Frar 2018. Continue reading “L-Arċisqof illum jitlaq fuq missjoni mogħtija lilu mill-Papa”

Dan ir-Randan irid jibda mill-qalb – L-Arċisqof

L-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018: Ras ir‑Randan, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof iċċelebra l‑Quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ixxandret ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta. Continue reading “Dan ir-Randan irid jibda mill-qalb – L-Arċisqof”