L-Evanġelju tal-Ħamis, 15 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 9, 22-25

X’se jiġrilu hu u x’jista’ jiġri lid-dixxipli tiegħu, dawk li jridu jmorru warajh. Ġesù jibgħat, imma hu stess jimxi quddiem; ma jibgħatx u jibqa’ komdu fejn hu. Għalhekk kull min u mħeġġeġ biex jimxi warajh irid jagħmel bħalu. Continue reading L-Evanġelju tal-Ħamis, 15 ta’ Frar 2018

Ma bsartx li ħa tiftakar fija!

Il-kuntatt li l-Mulej jogħġbu, mill-qalb ħanina tiegħu, jagħtini magħkom, in-nies komuni, għalija huwa għajn ta’ ferħ kbir. Dan il-kuntatt ifakkarni fid-definizzjoni tagħkom, in-nies komuni, matul iż-żminijiet, tagħna l-Kapuċċini: i frati del popolo. Għalhekk dawn il-ftit ħsibijiet li Hu qed jagħtini biex nikteb aktar milli huma xi daqq bil-fanfarra jew awtoreferenzjalità huma biss sejħa umli għal dak li hu mportantissimu f’ħajjitna: kif nittrattaw ma’ xulxin. Continue reading Ma bsartx li ħa tiftakar fija!