Ma bsartx li ħa tiftakar fija!

Il-kuntatt li l-Mulej jogħġbu, mill-qalb ħanina tiegħu, jagħtini magħkom, in-nies komuni, għalija huwa għajn ta’ ferħ kbir. Dan il-kuntatt ifakkarni fid-definizzjoni tagħkom, in-nies komuni, matul iż-żminijiet, tagħna l-Kapuċċini: i frati del popolo. Għalhekk dawn il-ftit ħsibijiet li Hu qed jagħtini biex nikteb aktar milli huma xi daqq bil-fanfarra jew awtoreferenzjalità huma biss sejħa umli għal dak li hu mportantissimu f’ħajjitna: kif nittrattaw ma’ xulxin. Continue reading “Ma bsartx li ħa tiftakar fija!”