Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Safeguarding Minors – kif niprevjenu trawmi sesswali fit-tfal? Il-laqgħa ser tinżamm fl-Istitut tal-Familja, Victoria, Għawdex nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar bejn is-6.00pm u s-7.15pm u ser titmexxa minn Dun Joseph Farrugia, psikologu, Direttur tal-Gozo Family Counselling Centre u lecturer fl-Università ta’ Malta. Mistieden kulhadd, specjalment il-genituri u carers ta’ tfal. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Ara l-poster għal aktar tagħrif …