Irridu nsumu bil-koerenza


Il-Ġimgħa 16 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Insumu bil-koerenza mhux biex jarana ħaddieħor, jew inkella b’qalbna mimlija disprezz lejn xi ħadd jew miġġildin u mimlijin kwistjonijiet, afferma l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa fil-kappellla tad-Dar Santa Marta.

 

Il-Papa wissiena biex is-sawm tagħna ma jkunx falz u stedinna neżaminaw kif inhi rrelazzjoni tagħna ma’ ħaddieħor. Is-sawm li jrid il-Mulej narawh ċar fl-ewwel qari tal-ġurnata meħud mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija: Jaqaw mhux dan is-sawm li jiena rrid, jiġifieri li tħoll l-irbit tal-ħażen u tqaċċat ix-xkiel tal-madmad, li tibgħat ħielsa lill-maħqurin u tkisser kull madmad?

Wieħed mis-sagrifiċċji tar-Randan huwa s-sawm, fakkar il-Papa. Jekk ma tistax issum kif suppost, sawm li bih tħoss il-ġuħ sa għadmek, sum bl-umiltà, imma sum kif jixraq, issokta l-Papa Franġisku.

Iżaija jurina ċar kemm hemm inkoerenzi: moħħna fi flusna u n-negozju, filwaqt li s-sawm ifisser li titneżża’ minn xi ħaġa, ma taħqarx lill-ħaddiem waqt li fl-istess ħin toqgħod trodd ħajr lill-Mulej għax inti sajjem: dawn l-imsejkna ħaddiema jkunu sajmin, saħaq Franġisku, għax m’għandhomx x’jieklu u int, minfuq, tiddiprezzahom ukoll.

Il-penitenza għadna nagħmluha fil-paċi għax hu inkoerenti li minn naħa tkun tkellem lil Alla u mill-oħra tkellem lix-xitan.

Aħna nsumu, aħna Kattoliċi prattikanti, nagħmlu penitenza imma rridu nsumu bil-koerenza, saħaq Franġisku, mhux bid-daqq tat-trombi, biex min jarana jibda’ jfaħħarna u jgħid kemm aħna nies ġusti, tajbin. Din tkun virtù qarrieqa, bil-”make-up”.

Għandna nagħmlu l-”make-up” insista l-Papa, imma għandu jkun tbissima, biex ma nurux li aħna sajmin. Insumu biex ngħinu lill-oħrajn, dejjem bit-tbissima. Is-sawm ifisser ukoll li tumilja ruħek u dan isir billi taħseb fi dnubietek u titlob maħfra lill-Mulej.

U jekk dad-dnub tiegħek jispiċċa fl-aħbarijiet!, jispiċċa fil-ġurnali? X’mistħija. Allura, qal Franġisku, “istħi”.

Naħseb fil-ħafna nisa li jgħinu fit-tindif tad-djar li jaqalgħu ħobżhom bix-xogħol imma huma umiljati u ddisprezzati. Qatt ma ninsa episodju ta’ tfuliti, qal Franġisku, meta fid-dar ta’ ħbieb tagħna rajt lill-mara tagħti daqa ta’ ħarta lill-dik li kienet qed tgħinha. Mhux bilfors id-daqqiet ta’ ħarta, imma int kif tistmahom lil dawn in-nies? Lil min għandek jgħinek id-dar, persuna jew ilsira? Tħallasha bil-ħaqq?

Il-Papa ta ukoll eżempju ieħor mill-esperjenza personali. F’diskursata ma’ raġel ta’ kultura spiċċaw jiddiskutu għax filwaqt li Begoglio kien isostni li d-domestika kienet ħolqien t’Alla bħalna, dak ir-raġel kien tal-fehma li hi xi ħaġa anqas.

Is-sawm li jrid il-Mulej, kif jurina l-ewwel qari tal-lum, ifisser ukoll li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ, li tagħti kenn f’darek li min hu bla dar, li tlibbes lill-għeri bla ma tinsa’ lill-qrabatek. Illum, qal Franġisku, qed nargumentaw jekk nagħtux saqaf li min jiġi jitlobulna.

Nagħmlu penitenza u nħossu ftit fina l-għafsa tal-ġuħ matul ir-Randan waqt li neżaminaw kif qed inġibu ruħna mal-oħrajn.

Is-sawm tiegħi hu ta’ fejda għal ħaddieħor jew qed ngħejx ħajja doppja? Qed nistħajjel biss li jien nisrani ġust?, jien bħall-fariżej u s-saduċej?

Bl-umiltà nitolbu l-grazzja tal-koerenza, temm jgħid il-Papa. Jekk ma nistax nagħmel ħaġa nagħmel oħra, imma dak li nagħmel nagħmlu bil-koerenza, nagħmel dak li nista’ bil-koerenza kristjana. Jalla l-Mulej itina dil-grazzja.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.