Pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar


Nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Frar 2018, f’Ħaż-Żabbar, ser isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies, bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja.

Il-pellegrinaġġ ser jibda fl-4:15 p.m. u ser jitmexxa mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP u wara li tidħol l-istatwa tal-MAdonna fis-Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

379076-740xNoneSnin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin qabel l-istess Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta fl-1530. Meta wara l-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann beda jiġi ċċelebrat il-Karnival, ħafna pellegrini kienu ħaduha drawwa jżuru s-Santwarju f’Ras ir-Randan, bħala tpattija ta’ atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival.

Nies minn kull aspett tas-soċjetà kienu jiġu s-Santwarju biex jagħmlu jew jonoraw il-wegħdi li jkunu għamlu u jitolbu l-barka ta’ Alla. Maż-żmien, minn Ras ir-Randan, dawn il-pellegrinaġġi bdew jiġu organizzati fl-ewwel Ħadd tar-Randan. Fis-sbatax-il seklu, din il-ġurnata spiċċat aktar tixbah festi bħall-Imnarja u San Girgor. Dan sakemm madwar 80 sena ilu, il-mottiv oriġinali ta’ penitenza ġie mġedded bl-użu ta’ karrijiet u karettuni li juru l-istorja u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.

Riċentement, il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies reġa’ ħa l-forma oriġinali, fejn l-attenzjoni prinċipali tkun li l-pellegrinaġġ isir bħala sinjal ta’ penitenza u ringrazzjament lil Alla permezz ta’ Ommu Marija.

Minbarra l-għadd kbir ta’ devoti li jakkumpanjaw il-pellegrinaġġ, karatteristika partikolari hija li r-reffiegħa li jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ, jagħmlu dan b’wegħda.

Ritratt: Raymond Gialanze

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.