Invaraw id-dgħajsa f’ilmijiet ġodda

Is-Sibt 17 ta’ Frar 2018. Messaġġ lis-saċerdoti mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech,waqt nofstanhar ta’ spiritwalità fil-bidu tar-Randan imqaddes. Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria.

Għandi kelma ta’ apprezzament lejkom is-saċerdoti mhux biss għall-impenn pastorali tagħkom, imma għal dak li intom intom: presbiteri. Ma aħniex perfetti, imma lanqas ma aħna xi diżastru. Ninnota li fost il-kleru hemm ħafna tajjeb. Nosserva li hemm xewqat qaddisa u rieda ta’ kollaborazzjoni. Ta’ dan kollu rrodd ħajr lil Alla u lilkom. Continue reading Invaraw id-dgħajsa f’ilmijiet ġodda

L-Evanġelju tas-Sibt, 17 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 5, 27-32

Levi ta’ Alfew kien publikan; ġabbâr tat-taxxi għall-ħakkiem Rumani. Ma kien jaħmlu ħadd, lanqas Pietru in-negozjant. Minħabba l-mod kif kien jaqla’ x’jiekol, u jsir sinjur, kien bniedem ta’ ċertu livell ta’ skola. Nistgħu ngħidu li kien jaf jgħodd sew mill-wieħed sal-għaxra. Kien jitħallas b’kummissjoni fuq it-taxxi li jiġbor u allura iktar kemm jiġbor taxxi iktar ikollu qliegħ. Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn u l-fama ma kienetx ta’ b’xejn. Żgur li kien bniedem li japprezza. Ġesù jersaq lejh, u min jaf x’għadda minn moħħ Levi ta’ Alfew x’ħin rah riesaq lejh. Beċċun ieħor li qatt ma rajtu qabel u li minnu seta’ jisloħ kemxa iżjed mis-soltu.
Continue reading L-Evanġelju tas-Sibt, 17 ta’ Frar 2018