L-Evanġelju tat-Tnejn, 19 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 25, 31-46

Normalment il-bnedmin għandhom it-tendenza jinfirdu, f’żewġ blokki jew iktar u, biex jingħarfu minn xulxin, jiddefinixxu lilhom infushom bħala ‘aħna’ u ‘intom’. Il-bnedmin kollha jagħmlu hekk. Anke fil-familji. Aħna, f’Malta, nafu sewwa x’jiġifieri. Ġieli tkun esperjenza li tagħtina gost imma fil-biċċa l-kbira, l-iktar meta l-qasma tkun esaġerata, hija biċċa wġiegħ ta’ ras u tikkawża qsim ta’ qalb.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn, 19 ta’ Frar 2018”

L-Ispiritwalità tar-Randan

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Ir-Randan huwa iż-żmien ta’ qabel l-Għid. Jikkonsisti f’erbgħin jum ta’ talb u ta’ tħejjija għall-Misteru tal-Għid li jikkonsisti fil-passjoni mewt u qawmien ta Sidna Ġesù Kristu.
In-numru erbgħin għandu tifsira simbolika fl-Iskrittura. Infatti dan in-numru jfakkarna fl-erbgħin jum tad-dilluvju, l-erbgħin jum u lejl illi Mosè dam fuq is-Sinai, fil-mixja ta’ Elija lejn l-Horeb; il-poplu t’Iżrael dam erbgħin sena fid-deżert filwaqt li l-Profeta Ġona priedka għall erbgħin jum il-penitenza f’Ninive. Continue reading “L-Ispiritwalità tar-Randan”

Parroċċa li tħares ’il quddiem

Il-Ħadd 18 ta’ Frar, 2018. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, fl-erba’ mitt anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi. Knisja parrokkjali ta’ Santa Marija, il-Qrendi.

Xi drabi tixref fit-triq u ma tilmaħ lil ħadd barra. It-triq tkun deżert. Allaħares f’ċirkustanzi bħal dawn wieħed ikollu bżonn urġenti tal-għajnuna, għax jinfixel meta ma jsib lil ħadd. Il-baħħ u s-solitudni tad-deżert iwaħħxu. Continue reading “Parroċċa li tħares ’il quddiem”

L-Evanġelju tal-Ħadd, 18 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 12-15

Xott xott, qasir qasir, Marku jagħtina bl-inqas dettalji possibli it-tiġrib ta’ Ġesù fid-deżert. Għalih, kienu x’kienu t-tentazzjonijiet mhux importanti; l-iktar ħaġa mportanti għalih huwa l-fatt li Ġesù mhux biss ħareġ mid-deżert qawwi u sħiħ, iżd aiktar determint li jxandar l-Evanġelju ta’ Alla.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd, 18 ta’ Frar 2018”