It-Tfittxija għall-Ġustizzja Soċjali bħala pass lejn il-paċi

Dokument mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-Kummissjoni Emigrani fil-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali 2018

It-Tlieta, 20 ta’ Frar 2018:  “Il-bniedem, mhux l-‘alla tal-flus’, għandu jkollu fiċ-ċentru tas-sistemi soċjali u ekonomiċi, jekk irridu li ssaltan il-ġustizzja soċjali.”  Dan hu l-messaġġ ewlieni tad-dokument ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ġustizzja u l-Paċi u l-Kummissjoni Emigranti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, li jfakkar il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali. Continue reading It-Tfittxija għall-Ġustizzja Soċjali bħala pass lejn il-paċi

Lectio Divina tat-2 Ħadd tar-Randan, Sena “B”

Vanġelu:  Bil-Grieg tintuża l-kelma “metamorfosi” mhux trasfigurazzjoni.  Aħna din nużawha meta dudu jsir farfett.  Hawn min jitqażżeż  meta jara ċertu dudu, imma jammirah meta jsir farfett sabiħ.  It-test jibda bil-kliem: “Sitt ijiem wara..”  għax sitt ijiem qabel, f’Ċesareja Filippi, Ġesu staqsa lill-Appostli: “Min tgħidu li jien?”  Pietru wieġbu:  “Int il-Messija.”  Wara din l-istqarrija ta’ fidi, Ġesu ħabbrilhom li se jmur Ġerusalemm. U kellu jċanfar lil Pietru għax lumu, u għax b’raġunar bħal tal-bnedmin kien fi kliem ieħor qed jgħidlu:  “Min jagħti ħajtu għall-oħrajn huwa fallut.”  Continue reading Lectio Divina tat-2 Ħadd tar-Randan, Sena “B”

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 21 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 29-32

Quddiem Ġesù inġemgħu il-folol. L-Evanġelji mhux l-ewwel darba li jsemmu ‘kotra kbira ta’ nies’. Iżda Ġesù jagħraf l-għan tal-waqfien tagħhom. Il-kurżità. Ix-xewqa għall-ispettakolari. Wisq probabli semgħu x’kien għamel iktar milli x’kien qal u riedu jaraw b’għajnejhom. Jidher ċar li iktar kienu nteressati dwar x’qed jagħmel hu milli x’jistgħu jagħmlu huma. Continue reading L-Evanġelju tal-Erbgħa, 21 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta, 20 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 6, 7-15

Din is-silta minn kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Mattew tkompli ma’ dik li qrajna nhar l-Erbgħa tar-Rmied, silta li tkompli mad-diskors tal-muntanja f’kapitlu 5.  Continue reading L-Evanġelju tat-Tlieta, 20 ta’ Frar 2018