L-Isbah xewqat u talb għall-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2018:  Fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kurja f’Malta u dik f’Għawdex, tħabbar li l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP u l-Vigarju Ġenerali Mgr Joe Galea Curmi jirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l-isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il-missjoni fiċ-Ċilì li l-Papa Franġisku fdalu f’idejh.

Waqt li juru s-solidarjetà sħiħa tal-Knisja f’Malta u Għawdex mal-Arċisqof Charles J. Scicluna huma ħeġġew lil kulħadd biex inkomplu jitolbu għalih ħalli jkollu konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill-Knisja b’dedikazzjoni sħiħa.

 

Għaliex il-ħajja hi daqstant iebsa?

Il-Papa Franġsku lil grupp żgħażagħ Rumeni – Hemm ċerti mistoqsijiet li diffiċli jkollhom tweġiba

Għaliex il-ħajja hi daqstant iebsa? Għaliex ommi abbandunatni? Għaliex in-nies jiġġudikawni? Għaliex ħajti hi daqshekk iebsa?

Dawn kienu ftit mistoqsijiet li grupp ta’ żgħażagħ Rumeni għamlu lill-Papa Franġisku waqt laqgħa privata li kellhom miegħu fil-Vatikan. Continue reading Għaliex il-ħajja hi daqstant iebsa?

Il-Mixja tar-Randan Imqaddes

Fr. Philip Cutajar OFMCap

Nhar l-Erbgħa , 14 ta’ Frar ilkoll flimkien bħala Knisja tajna bidu għaż-żmien tar-Randan Imqaddes. Dan nagħmlu tajjeb jekk inħarsu lejh bħala mixja li aħna bħala l-Poplu ta’ Alla rridu nimxu flimkien. Mixja li twassalna sa nhar il-Ħadd, l-1  ta’ April, meta flimkien niċċelebraw il-Festa tal-Għid Il-Kbir. Mixja ta’ ħames ġimgħat li jippreparawna sabiex niċċelebraw il-Ġimgħa Mqaddsa li ssib il-milja tagħha fit-Tridu tal-Għid il-Kbir. Continue reading Il-Mixja tar-Randan Imqaddes