Il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2018: Fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kurja f’Malta u dik f’Għawdex, tħabbar li l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP u l-Vigarju Ġenerali Mgr Joe Galea Curmi jirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l-isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il-missjoni fiċ-Ċilì li l-Papa Franġisku fdalu f’idejh.
Waqt li juru s-solidarjetà sħiħa tal-Knisja f’Malta u Għawdex mal-Arċisqof Charles J. Scicluna huma ħeġġew lil kulħadd biex inkomplu jitolbu għalih ħalli jkollu konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill-Knisja b’dedikazzjoni sħiħa.