“X’GĦAMILTLU (LIL ALLA) JIEN?”

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

X’aktarx li min jgħid din ikun għaddej minn mument diffiċli fil-ħajja tiegħu/tagħha: xi marda jew saram ieħor. Din il-persuna żgur li tkun temmen f’Alla. Iżda kif jiġrilna ħafna drabi, jekk ma nħarsux lejn il-Vanġeli, ikollna biss ir-raġuni tagħna. Mingħajr ma nkunu nafu sew, nitfgħu fuq Alla l-esperjenzi tagħna l-bnedmin. Peress li aħna l-bnedmin inpattuha lil xulxin, naħsbu li Alla huwa bħalna l-bnedmin. Continue reading “X’GĦAMILTLU (LIL ALLA) JIEN?”

The Evolving Role of Episcopal Conferences.

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar 2018: Mons. Prof. Hector Scerri għadu kemm ippubblika ktieb li jġib l-isem The Gentle Breeze from the Peripheries. The Evolving Role of Episcopal Conferences. Dan il-ktieb interessanti jistudja kif il-Papa Franġisku, fil-ministeru tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma, mhux biss jagħti valur lid-dokumenti li joħorġu l-Konferenzi tal-Isqfijiet madwar id-dinja, imma wkoll jinserixxi siltiet jew ħsibijiet minn dawn id-dokumenti fil-Maġisteru Pontifiċju. Continue reading The Evolving Role of Episcopal Conferences.

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 5, 20-26

Alla ta l-liġi lil Mosè u l-kittieba u l-fariżej ħaduhielu minn idu u għamluha tagħhom. Alla ta l-liġi lill-poplu Lhudi u l-poplu Lhudi ħa l-liġi u għamilha alla tiegħu; nisslu, welldu u rabbew l-idolatrija tal-liġi. L-ubbidjenza tal-liġi saret tiddefinixxi t-tjubija. Il-kelma li tnisslet mill-ispirtu qatlet l-ispirtu u ppretendiet li tgħajjex lil min inħalqet biex tiggwida. Meta l-ispirtu nqatel il-liġi ntemmilha l-għan u minflok għenet il-ħajja qatlitha. It-tjubija tal-kittieba u l-fariżej saret tiddependi minn kemm tidher l-osservanza tal-liġi u spiċċat tjubija li tqarraq għax turi dak li ma hux. Jekk it-tjubija tagħkom mhix ħafna aqwa minn tagħhom qed titħabtu għalxejn.
Continue reading L-Evanġelju tal-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2018