Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għar-Randan 2018

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2018: Il-Knisja f’Malta u l-Knisja f’Għawdex għadhom kif ippublikaw l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex għar-Randan 2018.

L-Ittra Pastorali li kull sena tkun moqrija fil-knejjes tal-Gżejjer Maltin waqt il-quddies kollu tat-Tieni Ħadd tar-Randan, din is-sena għandha titolu, “Ngħożżu dak li hu sabih u tajjeb.” 

It-test tal-Pastorali bil-Malti … Ittra Pastorali Randan 2018.

It-test bl-Ingliż … Pastoral Letter Lent 2018

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ph3TGDF0nts?rel=0&w=560&h=315%5D

Ara l-istess Ittra Pastorali bil-lingwa tas-Sinjali Maltija …

Ara wkoll verżjoni tal-Ittra Pastorali għat-Tfal …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

4 thoughts on “Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għar-Randan 2018”

  1. Jien katekista tal-bniet Yrs 5 &6 fil-parroċċa Ta’ Sannat u rajt dan il-video tal-Pastorali tar-Randan għat-tfal fil-Quddiesa tal-Ħadd għat-Tfal. Prosit lil min ħadem dan il-video tant ċar u sempliċi biex tifhmu, u fuq kollox it-tfal jisimgħu l-vuċi tal-Isqof tagħna. Bqajt meraviljata kif il-partorali tar-Randan tniżżlet għal livell tat-tfal li żgur qed jifhmu x’ifisser tgħix il-kelma t’Alla fi żmien ir-Randan. Kienet għajnuna kbira għalina l-Katekisti li niddiskutu mat-tfal dan il-messaġ. Għan-nom tat-tfal u l-katekisti sħabi nixtieq nirringrazzjakom u nawguralkom li tipprovdulna aktar tagħlim ta’ din ix-xorta fi żminijiet importanti tas-sena liturġika, bħalma hu l-Għid, Għid il-Ħamsin, Avvent, Milied eċċ. – Tagħlim bil-Malti minn Maltin għall-Maltin.
    Il-Mulej jżommna fis-sliem.

Leave a Reply to Consiglia AzzopardiCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading