GĦAX JIENA HEKK NAĦSEB.

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din pjuttost tirrifletti l-kultura tagħna llum. Mhux qed ngħid hekk biex innaqqas is-sabiħ li għandna fil-kultura li qed ngħixu fiha, iżda biex naraw li biex ngħixu ta’ nsara rridu nagħtu każ ta’ din l-attitudni. In-nisrani ma jistax jimxi ma’ dan l-individwaliżmu tas-soċjeta’ tagħna u jimxi wara Kristu. Għandna espressjonijiet oħra li jfissru l-istess ħaġa: “Għax jien hekk inħoss”; “Għax hekk inħoss fil-kuxjenza tiegħi”. Continue reading “GĦAX JIENA HEKK NAĦSEB.”

Is-Sagrifiċċju ta’ Kristu

Kitba ta’ Angelo Xuereb – Kristu bata waqt il-passjoni u għalhekk permezz tas-sagrifiċċju li għamel kisbilna l-fidwa.

Sagrifiċċju

Il-kelma sagrifiċċju għandha diversi tifsiriet. L-ewwel nett tiġina quddiem għajnejna t-tifsira li nsibu fil-Bibbja. Fit-Testment il-Qadim kienu jsiru s-sagrifiċċji tal-annimali billi dawn kienu jinqatlu u jiġu offruti lil Alla u hekk il-bniedem kien jitħabbeb ma’ Alla. Fit-Testment il-Ġdid naraw lil Kristu, jinqatel flok l-annimali, bħala sagrifiċċju lil Alla biex jifdi lill-bnedmin kollha ta’ kull żmien. L-awtur tal-Ittra lil-Lhud jgħidilna: “Hu daħal darba għal dejjem fis-Santwarju, mhux bis-saħħa tad-demm tal-mogħoż u tal-għoġiela, imma bis-saħħa ta’ demmu stess” (Lhud 9,12). Continue reading “Is-Sagrifiċċju ta’ Kristu”

L-Evanġelju tal-Ħadd 25 ta’ Frar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 9:2-10

Bidla, rejazzjoni, parir u twissija.

Ġesù jagħżel tlieta mid-dixxipli u jtellagħhom weħidhom miegħu fuq il-muntanja, li skont San Mark, kienet għolja. Itellagħhom miegħu u ma jgħidilhomx ir-raġuni. Ma nafux x’ħasbu huma u ma nafux x’ħasbu d-dixxipli l-oħra. Ġesù ma jagħtix spjegazzjoni la lil min għażel u lanqas lil min ma għażilx; lanqas ma jagħti kont. Sakemm naslu fl-aħħar tar-rakkont nindunaw li ried jurihom min tassew hu, u t-tlieta li huma jindunaw l-istqarrija ta’ fidi f’Ġesù, li kien għamel Pietru kif insiubha fil-kapitlu ta’ qabel dan u li Ġesù aċċetta, x’kienet tfisser tassew. Raw lil Ġesù kif qatt ma kienu rawh qabel, mhux mibdul f’dak li xtaquh ikun, iżda f’dak li tassew kien. Iżda meta jeħodhom miegħu ma jgħidilhomx għaliex. Ejjew miegħi, imma fejn u għal liema għan ma jgħidx; lil min jafdah jieħdu miegħu għal dak li l’inqas ikun jistenna.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 25 ta’ Frar 2018”