Il-Motto u l-istemma tal-Isqof maħtur Monsinjur Alfred Xuereb

Il-motto episkopali
Bħala motto episkopali tiegħu, Mons. Xuereb għażel il-frażi bil-Latin meħuda mill-Vanġelu ta’ San Ġwann, kap. 17, vers 21: “Ut unum sint”. It-traduzzjoni għall-Malti hija: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”. Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid bħala talba lill-Missier fl-Aħħar Ikla sabiex wara mewtu d-dixxipli jibqgħu magħquda fil-Ġisem mistiku tiegħu li hu l-Knisja.  Continue reading “Il-Motto u l-istemma tal-Isqof maħtur Monsinjur Alfred Xuereb”

JAĊĊETTANA KIF AĦNA

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din il-frażi sirna nisimgħuha spiss. Kultant infissru biha li Alla jaċċettana kif aħna – b’dak li ma jaqbilx miegħu fil-ħajja tagħna – u jħalli kollox jgħaddi. Il-problema hi li Alla ‘tajjeb’ mhux ‘baħbuħ’: wieħed li jħallik mingħajr ma jimpurtah li ssir aħjar. Allaħares l-għalliem (teacher)  ikun ‘baħbuħ” biss, għaliex kieku t-tfal tagħna qatt ma jsiru aħjar. Continue reading “JAĊĊETTANA KIF AĦNA”

Adorazzjoni Ewkaristika matul Marzu 2018

Matul iż-żmien tar-Randan qed tkompli wkoll l-Adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mis-Superjur Joe Fenech f’diversi parroċċi u knejjes.  Bara minn hekk fis-7 ta’ Marzu ser isir ukoll pellegrinaġġ fil-parroċċa tal-Isla fejn hija meqjuma x-Xbieha Devota ta’ Ġesù Redentur.  Ara aktar dettalji fil-poster  … Dettalji ta’ Adorazzjoni Ewkaristika f’Marzu 2018

Ara wkoll dettalji dwar il-Pellegrinagg fl-Isla … Pellegrinaġġ Redentur ta’ l-Isla

Lectio Divina tat-3 Ħadd tar-Randan, Sena “B”

Vanġelu (Ġw 2. 13-25): Is-soltu Ġesu insibuh bħala bniedem ħanin, qalbu tajba u ħelu ma’ kulħadd, speċjalment mat-tfal.  Fis-silta tal-lum insibuH irrabjat u, bi frosta f’idu, jkeċċi l-bejjiegħa mit-Tempju. Dis-silta tqanqal fina wkoll illum is-suġġett tal-flus u l-Knisja, e.g. meta tiġi akkużata li hi sinjura, jew li hi aktar moħħha fil-flus milli fil-ġid spiritwali.  Hemm bżonn li llum ma niqfux biss fuq il-qoxra ta’ barra tal-aġir ta’ Ġesu, imma nidħlu fit-tifsira tejoloġika, i.e. li Ġesu ried iġib fit-tmiem ir-reliġjon żbaljata tat-tpartit: “Jekk intik, trid ittini; jien noffrilek sagrifiċċju, mela int trid tbierek lili u l-familja tiegħi b’ħajja sabiħa u bi ħwejjeġ sbieħ u tajbin biss.” Dan mod pagan kif wieħed jimxi m’Alla.  Continue reading “Lectio Divina tat-3 Ħadd tar-Randan, Sena “B””

L-Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill Arċisqof-elett, Monsinjur Alfred Xuereb

It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2018: L‑Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill‑Arċisqof-elett, Mons. Alfred Xuereb, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Nunzju Appostoliku fil‑Korea ta’ Isfel u l-Mongolja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tingħaqad mad‑Djoċesi ta’ Għawdex fit‑talb għall‑Arċisqof-elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu. Continue reading “L-Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill Arċisqof-elett, Monsinjur Alfred Xuereb”

Monsinjur Alfred Xuereb maħtur Nunzju Appostoliku

It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2018: F’laqgħa li saret dalgħodu f’nofsinhar fil-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ikkomunika l-aħbar sabiħa li l-Q.T. il-Papa Franġisku għażel lil wieħed mis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, MONS. ALFRED XUEREB, li sal-lum kien jaqdi r-rwol ta’ Prelat Segretarju Ġenerali fis-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede, biex ikun Nunzju Appostoliku fir-Repubblika tal-Korea (ta’ Isfel), u fl-istess waqt għollieh għad-dinjità ta’ Arċisqof titulari ta’ Amantea, l-Italja. Continue reading “Monsinjur Alfred Xuereb maħtur Nunzju Appostoliku”