Ad multos annos lill-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-3 sena mill-ħatra tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 27 ta’ Frar 2018: Il-Knisja f’Malta tifraħ lill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’għeluq it-tliet snin minn meta l-Papa Franġisku ħatru Arċisqof ta’ Malta. 

383555-869xnone.jpgKien fis-27 ta’ Frar 2015, f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja, li n-Nunzju Appostoliku ta’ dak iż-żmien, Mons. Aldo Cavalli, ħabbar uffiċjalment li l-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Charles Scicluna bħala s-suċċessur tal-Arċisqof Pawlu Cremona.

Fl-ewwel kelmtejn tiegħu lill-midja, bħala l-Arċisqof-elett, Mons. Scicluna stqarr: “Jien se nkun dak li jien … in-nies se ssir taf min hu Charles Scicluna … u Alla se jgħini”. Dakinhar saħaq ukoll li f’din il-mixja l-Isqof mhuwiex waħdu għaliex “aħna qegħdin f’mixja flimkien”.

Ad multos annos!

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply