Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Insara ppersegwitati


Is-Sibt, 24 ta’ Frar 2018, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m. Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja.

ACN-20180207-67606.jpgIs-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.”

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani. B’solidarjetà ma’ dawn ħutna, l-Aid to the Church in Need iddedikat dan il-ġest tal-mixgħela b’dawl aħmar fl-istess ħin fi tliet postijiet simboliċi tal-martirju tal-Kristjani, kemm antiki kif ukoll moderni. Fi trasmissjoni permezz ta’ Skype dawn
kienu:

  • il-Kolossew ta’ Ruma;
  • il-Katidral Maronita ta’ San Elias, f’Aleppo, fis-Sirja, li s-saqaf tiegħu inqered bil-bombi, u
  • il-Knisja ta’ San Pawl, tal-Kaldej f’Mosul, l-Iraq, fejn fl-24 ta’ Diċembru, il-Patrijarka tal-Kattoliċi Kaldej tal-Babilonja, Louis Raphael I Sako, iċċelebra l-ewwel Quddiesa wara l-liberazzjoni mill-ħakma tal-ISIS.

Pajjiżi oħra soġġetti għal attakki kontra l-libertà reliġjuża jinkludu l-Pakistan, minn fejn Ashiq u Eisham ivvjaġġaw lejn Ruma. Dawn huma r-raġel u bint Asia Bibi, li kienet ġiet ikkundannata għall-mewt fis-sena 2009 għal allegat dagħa kontra l-profeta Muhammad. Asia kienet ġiet mixlija li xorbot l-ilma mill-istess tazza ta’ xi nisa Musulmani. Issa hi tinsab waħedha f’ħabs.

Xhieda oħra kienet Rebecca Bitros, mara Niġerjana ta’ 28 sena li kienet inħatfet mit-terroristi Iżlamiċi tal-grupp terroristiku Boko Haram. Dawn stuprawha u ttorturawha għaliex hija Kristjana. Hi rnexxiela taħrab sentejn wara.

Rebecca u l-familja ta’ Asia Bibi ġew mistiedna mill-Aid to the Church in Need biex jagħtu x-xhieda tagħhom f’dan l-avveniment. Fost il-politiċi Taljani li pparteċipaw kien hemm il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani. Huwa talab lill-Ewropa biex  “tiddefendi l-messaġġ ta’ libertà għal kulħadd li jrid jgħix il-fidi tiegħu fil-miftuħ.”

Fid-diskors tiegħu, il-Kardinal Parolin qal: Il-martri Kristjani tal-lum huma “vittmi ta’ mentalità li ma tagħtix spazju lill-oħrajn, li tippreferi trażżan aktar milli tintegra, sabiex ma tpoġġix f’dubju l-kundanni tagħhom stess.” “Billi nirrikorru lejn Alla, is-sors tad-dinjità ta’ kull bniedem, nistgħu biss insiru ambaxxaturi tal-paċi u ndewwu soċjetajiet imkissrin mill-mibegħda u l-vjolenza.”

cq5dam.thumbnail.cropped.750.422Kemm Rebecca kif ukoll il-qraba ta’ Asia Bibi intlaqgħu mill-Papa Franġisku fil-Vatikan. Matul l-Udjenza privata ta’ nhar is-Sibt filgħodu, il-Papa qal lid-Delegati tal-Aid to the Church in Need “Grazzi għall-ħidma tagħkom, intom qed tagħmlu xogħol tajjeb!”

Matul l-Udjenza – li damet 40 minuta, minflok il-15- il minuta inizjalment ippjanati fl-aġenda ppakkjata tal-Papa – il-Papa Franġisku ried jitlob għal Asia Bibi u għan-nisa li għadhom miżmuma bħala priġunieri tal-Boko Haram. “It-testimonjanza ta’ Rebecca u ta’ Asia Bibi huma mudell għal soċjetà li llum hija dejjem aktar sofferenti. Dawn huma żewġ martri”, qal il-Papa wara li sema’ l-istorja drammatika tal-vjolenza li ġarrbet il-mara Niġerjana li welldet lit-tifel ta’ wieħed mill-agressuri tagħha, u dik tal-familja ta’ Asia Bibi, il-mara Pakistana li ilha maqfula f’ħabs sa mis-sena 2009 u li kienet ġiet
ikkundannata għall-mewt minħabba allegazzjonijiet ta’ dagħa.

“Ħafna drabi naħseb f’ommok u nitlob għaliha”, qal il-Papa lil Eisham, li sellem lill-Papa u qal: “Meta ltqajt m’ommi qabel ma tlaqt, talbitni nagħtik bewsa.” Ir-raġel ta Asia, Ashiq, qal “Missier Qaddis – Nitolbok titlob, magħqudin fi Kristu, għall-marti u għall-Kristjani ppersegwitati kollha.”

Tagħrif mill-ACN (Malta)

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.