Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > ĠESU’ IVA, IL-KNISJA LE

ĠESU’ IVA, IL-KNISJA LE


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din tista’ tkun dikjarazzjoni ġenwina. Forsi għaliex mhux dejjem il-membri tal-Knisja taw xhieda tajba ta’ Ġesu’. Imma anki f’din irridu naraw jekk hijiex cliche’ biss biex wieħed jiskuża lilu nnifsu, u allura ma jkunx qed jieħu xejn minn dak it-teżor li hu Ġesu’ Kristu jew hijiex għażla verament ġenwina.

Mgr Paul Cremona OPDarba kien hemm persuna li qaltli din il-frażi. Ir-reazzjoni tiegħi kienet li mhijiex għażla ħażina li tagħżel lil Kristu. Iżda jien staqsejtha li jekk tħobb daqshekk lil Ġesu’, jekk taqrax il-Vanġeli biex tkun taf aħjar min hu, x’għamel u x’għallem Ġesu’. Staqsejtha wkoll jekk hijiex timxi fuq il-passi ta’ dak li għallem Ġesu’. Ma weġbitnix. Iżda Ġesu’ mhux biss kelma jew isem, iżda huwa mod ta’ ħsieb u ta’ ħajja. Fi kliem Ġesu’ stess huwa qal li hu jrid ikun “It-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja” (Ġw 14,4-7).

Min kien ifittex lil Ġesu’, Ġesu’ kien jgħidlu jew “Ejja warajja”, jew “Ejja u Ara”. (Ġw 1,35-42).

Iżda fil-fatt stess li nafu lil Ġesu’ diġa’ qed nistqarru l-Knisja, għaliex kieku Ġesu’ ma ħalliex il-Knisja ma konniex inkun nafu bih, jew kif għex, jew x’għallem. Dak iż-żmien ma kienx hemm il-mezzi li għandna llum biex jirrekordjaw il-kliem, jew biex jieħdu l-imaġni u jgħadduhom lil ta’ warajhom. L-unika ħaġa li kellhom kienet il-kelma u l-kitba. Kieku mill-ewwel żminijiet tal-appostli u sa żmienna ma kienx hemm il-Knisja li għaddiethom minn ġenerażżjoni għal ohra, kieku llum ma stajnix inkunu nafu lil Ġesu’.

Dan narawħ anki fil-Vanġelu meta Ġesu’ għażel lil Pietru bħala blata biex fuqha jibni l-Knisja tiegħu: “U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi…” (Mt 16,18).

Ġesu’ ġie biex ikun jista’ jgħallimna fuq Alla l-Missier.  L-ewwel għallem lid-dixxipli tiegħu, mbagħad għażel tnax minnhom u għamilhom appostli (li tfisser ‘mibgħutin’). Meta tela’ s-sema għand il-Missier, ħalla lilhom – u l-Ewwel Komunita’ Nisranija, il-Knisja – biex ikomplu l-ħidma tiegħu (Atti 1,8-9). Il-ħajja ta’ din l-ewwel komunita’ nsibuha fl-Atti tal-Appostli.

Fl-Atti tal-Appostli naraw xhieda oħra fejn Ġesu’ jidentifika ruħu mad-dixxipli – il-Knisja tiegħu. Hija l-ġrajja tal-konverżjoni ta’ San Pawl. Ġesu’ jgħidlu: “Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?…Jiena Ġesu’ li inti qiegħed tippersegwitah” (Atti 9,4-5).

Nixtieq nagħmel riflessjoni żgħira fuq dan il-kliem. Il-Knisja ma ġietx imwaqqfa biex twassalna u nieqfu fil-Knisja iżda biex naslu lejn Ġesu permezz tagħha. Iċ-ċentru mhux il-Knisja iżda Sidna Ġesu’ Kristu: il-Knisja hija biss it-triq lejn il-figura u t-tagħlim ta’ Ġesu.

 

  1. Carmelo Zammit
    February 28, 2018 at 10:10 pm

    Prosit u grazzi eccellenza.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: