L-Evanġelju tal-Erbgħa 28 ta’ Frar 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 20, 17-28

Ġesù jħabbar il-mewt u l-qawmien tiegħu u iktar minn hekk jgħid li dan se jkun frott ta’ tradiment. It-traduzzjoni maltija tħajjarna naqbżu dan id-dettall għax il-kelma tradiment ma tissemmiex, jissemma biss il-verb: se jingħata. Id-dixxipli ma joffru ebda rejazzjoni għal din l-aħbar; donnu lanqas jgħaddilhom min moħħhom li dan it-tradiment kien se jwettqu wieħed minnhom. Jew ma semgħux jew ma fehmux jew kienu aljenati wisq bi ħsibijiet oħra biex dak li kienq edjgħid Ġesù jidħol f’moħħhom. Nafu x’jiġifieri, għax aħna wkoll jiġrilna l-istess.

Il-gravità tas-sitwazzjoni tikber meta wieħed iqis li Ġesù kien qed jitkellem dwar tradiment minn ġewwa. L-akbar għadu tagħna nfusna u tal-komunitajiet tagħna mhux ġej minn barra imma minn ġewwa fina, minn fostna. Ta’ barra tarah u tista’ tilqalu, dak li ġej minn ġewwa jaħsdek għax jieħdok fuq sieq waħda. L-għadu minn ġewwa jafna sewwa u l-attakki tiegħu jiġu minn ġewwa, minn fejn l-inqa stkun tistennihom.

F’kapitlu 27 San Mattew jgħidilna li mart Żebedew kienet waħda min-nisa li ssieħbu mad-dixxipli ta’ Ġesù. Kien hemm oħrajn. Forsi kultant nixew li fil-ġemgħa ta’ dixxipli madwar Ġesù kien hemm ’il fuq minn tnejn u sebgħin ruħ, li f’ħin minnhom, bagħthom tnejn tnejn qablu f’kull belt jew raħal fejn kien se jmur hu.

Tersaq lejh flimkien ma’ wliedha u, sewwa sew wara li ħabba it-tradiment, it-tbatija u l-mewt u l-qawmien tiegħu, jippuntaw jisirqu minn idejn Ġesù pożizzjoni tajba. Ħaġa tajba żgur li kellha; ma kienetx tagħmel preferenzi.

Iżda donnu li veru li ħadd ma jagħmel xejn għal xejn. U meta wieħed iqis il-kuntest kollu, jekk Ġesù kien għadu kif ħabbar il-mewt tiegħu, moħbi f’din it-talba hemm il-ħsieb li jkunu huma li jieħdulu postu. Ġesù u d-dixxipli jaħsbu fuq żewġ linji opposti għal xulxin. Imma Ġesù ma jċanfarx, lanqas jeħodha bi kbira. Jipprova jiggwida u jiftaħ għajnejn id-dixxipli biex ireġġagħhom fit-triq it-tajba.

Mhux bħalu l-għaxra l-oħra. Dawn saħnu seww agħal dawk li marru b’wiċċhom minn quddiem japplikaw b’insistenza, bil-mama tagħtihom imbuttatura, biex jieħdu l-ewwel post. Anke hawn Ġesù ma jurix rabja. Il-kliem tiegħu huwa kliem ta’ mogħdrija u jgħodd ħafna għalina wkoll.

“Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa. Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom. Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”

Isimgħu, xtarru u iżnu sewwa. F’dan ir-Randan, iftaħ għajnejk u għamel hekk int ukoll, mhux għax hekk sew imma għax hu għamel hekk qablek.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading