Lest ir-restawr fuq ix-xbieha tar-Redentur fl-Isla


Is-Sibt 3 ta’ Marzu 2018, ser tiġi inawgurata mill-ġdid l-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil-Bażilika tal-Isla, wara x-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni li sar. L-inawgurazzjoni, li tibda fil-5:30 p.m., ser tinkludi preżentazzjoni tax-xogħol li sar matul l-aħħar disa’ xhur ta’ ħidma intensiva.

CURIA_01

Dan wara li l-Parroċċa ta’ Marija Bambina kkummissjonat numru ta’ studji xjentifiċi sabiex isir ir-restawr u l-konservazzjoni tal-istatwa li beda f’Mejju tas-sena li għaddiet u mistenni jintemm f’Mejju li ġej. Bħalissa qed issir l-aħħar fażi tal-istudju fuq in-niċċa. Matul ir-Randan kollu l-istatwa ser tkun għall-qima u d-devozzjoni tal-pubbliku fil-Bażilika tal-Isla.

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu, fis-6 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika stess.

Wara l-Ġimgħa Mqaddsa ser isir trattament ta’ anoxia fuq din x-xbieha. Għalhekk, matul ix-xahar ta’ April, ir-Redentur mhux ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku.

B’rabta mal-proċess kollu ta’ restawr li qed isir fuq din l-istatwa ta’ Ġesù Redentur, fil-ġimgħat li ġejjin ser jiġi ppubblikat il-ktieb bit-titlu Ir-Redentur: History, Art, and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea. Il-ktieb ser jinkludi wkoll dokumentazzjoni storika marbuta mal-istatwa fil-kuntest tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Isla.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.