Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 16, 19-31

X’jiġri fil-ħajja ta’ dejjem u xi jkun ġara qabilha.

Ġesù donnu mhux jirrakkonta lill-fariżej, parabbola iżda ġrajja li seħħet. Fir-rakkont tiegħu jagħti isemm lil fqir li huwa l-forma latinizzata tal-isem Eleazar ‘Alla jgħin’ xi ħaġa li Ġesù qatt ma jagħmel fil-parabboli tiegħu. Minkejja dan, l-għani huwa bla isem, anonimu; fih jista’ jkun hemm kulħadd.

L-għani jogħxa jiddandan bil-għana tiegħu. Jilbes il-porpra, il-kulur tas-slaten u l-imperaturi, li kien jittieħed minn bebbuxu żgħir li jinsab fil-baħar Mediterran. Ta’dan il-kulur kien ikun ukoll id-drapp li bih jgħattu l-kotba tal-liġi minħabba l-preġju u allura l-prezz għoli tiegħu. Kien jilbe sukoll għażel mill-ifjen, biex iżomm frisk u s-sħana ma ddejqux. L-għażel fin eġizzjan għadu meqjus bħala lussu fi żmienna wkoll, magħmul min pjanta taż-żuf li tikber ma’ tul il-ġnub tax-xmara Nil. L-aqwa u l-aħjar. Iżda mhux biss. L-hena tiegħu kien li jagħmel ikla mill-aqwa. Makienx jiekol biex jgħix imma jgħix biex jiekol.

Lazzru kien fqir, ġismu ġerħa waħda. Ma kienx biss fqir għax ma kellux bie xjixtri l-ikel, jew saqaf fuq rasu, iżda saħħtu kienet fi stat tal-biża’; ġismu ġerħa waħda u l’anqas kellu saħħa jkeċċi l-klieb lijmorru jilgħaqulu l-ġrieħi li kienu jiksu ġismu kollu. Kien jinxteħet ħdejn ix-xatba tad-dar tal-għani, fejn jintrema l-iskart li kien jaqa’ mll-mejda tal-għani. Il-Lhud kienu jieklu b’idejhom u biex inaddfuhom miż-żejt u x-xaħam kienu jużaw il-bieba tal-ħobż billi jrembluha bejn idejhom, ħobż li mbagħad kien jintrema barra. Dan hu l-frak tal-ħobż li bih Lazzru kien jittama li jimla żaqqu.

Il-ftit metri li kienu jifirdu lil dawn it-tnejn minn nies kienu baħar jaqsam. L-għani ma jidhirx li kien xi bniedem ħażin, iżda l-indifferenza tiegħu lejn il-ħtiġjiet ta’ dan ir-raġel li kuljum kien imur jinxteħet f’bieb daru tagħmlu mostru. Jagħddi minn ħdejh u ma jarahx. Għalih donnu ma kienx jeżisti, jew kien jeżisti iżda kien jiġi jaqa’ u jqum minnu. Ir-raġunament tiegħu kien: kuntent jien, kuntent kulħadd; raġunament komuni fi żmien Ġesù u aħna nafu x’jiġifieri wkoll!

Iżda il-jum jasal fuq kulħadd meta l-ħtiġjiet u l-indifferenza, l-għana u l-miżerja jintemmu wkoll, għa xil-mewt ittemm dak kollu marbut ma’ din il-ħajja. Lazzru miet u beda ħejja ta’ hena, mhu xiktar max-xatba, iżda fi ħdan Abraham, wieħed minn ta’ ġewwa fejn ma jonqsu xejn. L-għani miet ukoll imma l-ftit metri li darba kien hemm bejnu u bejn Lazzru, issa ssarfu f’dagħbien iwaħħax li ma jinqasamx; sab ruħu tassew ’il bogħod f’Art l-Imwiet, fejn l-ilma jinxef, l-ikel ma jsirx u l-ħwejjeġ ma jsaħħnux. U għall-ewwel darba ħassu skomdu, ħassu fil-bżonn.

Meta għolla ħarstu ’l fuq lemaħ lil Lazzru u għarfu. Mela kien jaf bih u qatt ma ta’ kasu. Jekk l-indifferenza tiegħu għabet għax issa kien hu fil-bżonn u ried li ħaddieħor ma jkunx indifferenti miegħu, imma l-arroganza tiegħu baqgħet tgħolli rasha. Is-suppervja tal-bniedem trawwem fih l-arroganza li ma tmutx miegħu imma tgħaddi miegħu. Fl-arroganza il-bniedem jaħseb li hemm l-arma ewlenija tiegħu li ħadd ma għandu l-ħila jgħeleb. Iżda minn jitgħolla jiċċekken u min jiċċekken jitgħolla. Min jaħseb li għandu kollox jinduna li fl-aħħar mill-aħħar b’li għandu spiċċa fil-bzonn ta’ kollox u waħda dak lil-bżonn ma jista’ jaqdih ħadd, għax l-arroganza tiegħu qatgħetu minn kulħadd. Jekk kien hemm xi ħadd li tħabbeb miegħu, ma kienx għax ħabb lilu imma għax ħabb li kellu.

Iġġebbed ma’ Abraham u ħaseb f’ħutu. Iżda lanqas hemm ma’ għamel xejn. Ħutu kellhom lil min jiftħilhom għajnejhom kif kellu hu. Iżda la hu u laqnas ħutu ma taw widen.

Ġesù jurina li l-bniedem ma jemminx għax jara, imma jemmen għax iħobb.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: