L-Evanġelju tal-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 21, 33-43.45-46

Jekk l-għani li qrajna dwaru l-bieraħ, kellu għalfejn jistħi għax tilef iċ-ċans li jsalva lil ħaddieħor bi ftit ħniena; donna qalbu ma ħasset qatt il-bżonn ta’ min kien mikul bil-ħtieġa, il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu fis-silta tallum minn San Mattew, turina ċar u tond li kellhomgħalfejn jistħu għax qalbhom tant ibbieset għal kull kelma li kienet ħierġa minn fomm Alla, li tilfu ċ-ċans li jsalvaw lilhom infushom u minflok ċarrtu qlubhom u laqgħu il-qalb tal-laħam li kien qed joffrilhom, webbsuha iktar u bdew jaħsbu kif se jeqirduha biex ma jisimgħuhiex.

Bie xtifhem il-parabbola ma tridx wisq għerf; imma huma u kultant aħna magħhom, li nsibuha faċli napplikaw it-tagħlimiet tal-parabboli għal ħaddieħor, lanqans bis sjgħaddilna minn moħħna li aħna nistgħu inkunu hemm fihom. Mhux għalina qed jgħid, imma għal dik, dak u dawk. U meta nindunaw li aħna qegħdin hemm ukoll, jew xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni li l-għemil tagħna huwa kundannabli, ninfexxu fit-tgħajjir, fil-kalunji u l-gideb biex min hu tajjeb u b’intenzjoni tajba qed jiftħilna għajnejna, inwarrbuh minn nofs.

Ir-raġel għani tal-parabbola kellu ruħ soċjali. Kellu għalqa u bidilha f’industrija. Lill-bdiewa ma tahomx karità iżda bnielhom industrija bie xminnha jaqilgħu x’jieklu u jitimgħu lill-familji tagħhom. Ħawwilha bid-dwieli li mhux biss jagħtu l-inbid, xorb ta’ valur li dejjem moda, iżda ma kellhom xgħalfejn joqgħodu jaħsdu u jiżirigħu u xorta jagħmlu l-flus. Dawwarha b’ħajt tas-sejjieħ; għalaqha biex joffrilhom anke sigurtà għalihom u għad-dwieli wkoll. Tellgħalha torri minn fejn tista’ ssir l-għassa, bie xikunu jistgħu jiddefenduha minn kull tip ta’ theddid ufejn setgħu jistrieħu huma, jaħżnu l-inbid huwa u jifferementa u fiha setgħu iżommu l-għodod, u kulma kellhom bżonn. Ħaffer magħsar biex fih jagħsru l-għeneb u ma joqgħodux jaħlu ħin u sġejjeż biex jagħddu l-għeneb għall-għasir lil ħaddieħor. Barra minn hekk tahom iċ-ċans li jaħdmu flimkien u setgħu jiżviluppaw u jtejbu il-ħidma bie xikollhom iktar qliegħ mingħajr m ajindaħlilhom hu.

Industrija sħiħa u għaddihielhom b’xi tip ta’ patt li jroddulu sehemu. Ma riedx il-qliegħ kollu, ried sehmu. Illum m anagħidulux negozjant jew ‘businessman’ tajjeb. Ngħidulu ‘baħnan’

Imma min iġobb hu baħnan għax għal għemilu m’hemmx ġustifikazzjoni loġika, ir-raġuni għal dan it-tip ta’ ġenn ngħidulha ‘mħabba’. Ma kienux uliedu jew qraba jew ħbieb tiegħu. Kellhom għalfejn iħobbhom? U żgur li le. Imma ħabbhom u għax ħabbhom, emmen fihom u afdahom. Nerġgħu intennu illum ngħidulu ‘baħnan’.

Iż-żmien għadda u dan l-għani, sid l-għalqa tad-dwieli, min jaf b’liema ħeġġa, bagħat lill-qaddejja tiegħu bie xjiġbor dak li kien tiegħu mingħand il-bdiewa, iżda kollha spiċċaw ħażin. Sawtuhom, ħaggruhom u qatluhom. Uħud mill-profeti, li min kien qed jisma kien jaf bihom, spiċċaw jew imsawtin, jew imħaġġrin jew maqtulin; illum ngħidulu assassinju tal-karattru jew tal-personalità u kultant assassinju ta’ veru wkoll, mhux tal-bnedmin biss imma ta’ Alla wkoll. Jekk kliem Alla ma jogħobnix, ngħid li huwa nġust, sessista, diskriminatorju, barra minn żmienu; jew inkella ngħid li ma jeżistix, qatt ma eżista. Ovvjament lil min qatt ma eżista, m’għandekx xi troddlu lura għax ma jeżistix.

Jekk l-għani kien baħnan f’għajneja, fl-aħħar mill-aħħar il-bħaħan vera kienu l-bdiewa, għax beżqu fis-sema u ġie f’wiċċhom. Bix-xewqa li jirtu l-wirt tal-iben mingħajr ma jirtu l-ħidma u r-rwol tiegħu, mhux biss dardru l-għajn li kienu qed jixorbu minnha talli mlewa bil-ħama u għerqu fiha.

Il-knisja tqiegħdilna quddiemna din il-parabbola f’dan iż-żmien biex tiftħilna għajnejna għall-fiduċja li Alla qed juri magħna imma biex fl-istess ħin ma niskrux fiha. Fiduċja tfisser rispett u responsabiltà. Alla jafdana, anke bina nfusna. Rispett lejn il-fiduċja li Alla juri fina huwa rispett lejna nfusna.

Leave a Reply

%d bloggers like this: