“ALLA MHUX L-ISTESS GĦAL KULL RELIĠJON?” 

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Jidher li Alla l-Ħallieq qiegħed fil-bniedem ċertu istint li jħares lilhinn minn dak li jara biex  jemmen li hemm xi Ħadd fuq il-bniedem. Tant hu veru, li r-reliġjonijiet primitivi, per eżempju fl-Asja u fl-Afrika u postijiet oħra, kollha jemmnu li hemm xi Ħadd fuqhom. Jgħidu li l-atejiżmu, li temmen li mhemmx Alla – qed ngħid ‘temmen’ għaliex ħadd ma għandu prova li ma jeżistix Alla – huwa fenomenu ta’ żmienna biss! Min ma jemminx li Alla għamel kollox irid ‘jemmen’, mingħajr provi, li kollox sar mix-xejn! Continue reading ““ALLA MHUX L-ISTESS GĦAL KULL RELIĠJON?” “

“MA NAFX NITLOB” (1)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din il-frażi fiha nfisha tkun ta’ xi ħadd li jixtieq jitlob, u jixtieq jitlob tajjeb. Għalhekk tajjeb li nagħmlu xi ħsibijiet fuq it-talb.

Għandna xi ħsibijiet li tajjeb li nispjegawhom. L-ewwel ħsieb hu li bil-malti ħafna drabi nużaw l-istess kelma biex infissru:’titlolb xi ħaġa’. Għalhekk kultant b’talb nifhmu meta tmur titlob xi pjaċir lill-Mulej. Dan ukoll huwa tajjeb. Ġesu’ qatt ma ddejjaq meta kienu jiġu n-nies biex jitolbuh xi ħaġa. Iżda t-talb mhux dan biss. Continue reading ““MA NAFX NITLOB” (1)”

Ġesù huwa d-Dawl

Kitba ta’ Angelo Xuereb – L-Għid jurina li Kristu huwa d-dawl. Huwa rebaħ id-dlamijiet tad-dnub u tal-mewt.

Il-Blandun

L-ewwel parti taċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid hija l-mixegħla tad-dawl. L-ewwel jinxtegħel il-blandun minn ħuġġiega li tkun tqabbdet apposta. Imbagħad minnu jinxtegħlu l-xemgħat ta’ kull persuna li jkun hemm fil-knisja. Il-mixegħla tal-blandun, tax-xemgħat u tad-dawl fil-Knisja huma simbolu ta’ realta mill-iżjed profonda. Continue reading “Ġesù huwa d-Dawl”

L-Evanġelju tal-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 2, 13-25

Ġesù ma jafdax lil min jemmen għax jara, għax, wara kollox, min jemmen għax jara ma jkun emmen xejn għax ikun ra. Jemmen min iħobb mhux min jara, u min iħobb hu ta’ min jafdah mhux min irid il-provi. Is-sinjali u l-provi huma ħjiel qawwi ħafna ta’ nuqqas ta’ fiduċja jew ta’ skuża fjakka għall-assenza ta’ mħabba.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018”

Liġi kontra l-abort

Is-Sibt, 3 ta’ Marzu 2018: Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kumitat tas-Senat tal-Istat South Carolina fil-USA ivvota favur abbozz ta’ liġi dwar x’inhi persuna,  u wara bagħat din il-miżura lis-Senat tal-Istat wara li għaddiet bi 15-il vot favur u 9 kontra. L-abbozz jirrikonoxxi trabi bħala bnedmin mill-mument tal-fertilizzazzjoni, u għalhekk, jiżgurahom “id-dritt kostituzzjonali għal proċess xieraq tal-liġi u protezzjoni ugwali skont il-liġi” kif spjegat fil-kostituzzjoni ta’ South Carolina. Jekk dan l-abbozz jgħaddi, ikun effettivament qed jipprojbixxi l-aborti, u South Carolina tissieħeb ma’ Missouri u Kansas bħala stat b’liġijiet dwar il-persuna. “Aħna qed nippruvaw nikkontestaw lill-Qorti Suprema dwar l-iżball fundamentali tagħhom li bniedem … Continue reading Liġi kontra l-abort