Lectio Divina għar-4 Ħadd tar-Randan Sena B

Vanġelu (Ġw. 3. 14-21):  Nikodemu mar ifittex lil Ġesu biex ikellmu.  Kien Rabbi, Fariżew, wieħed mill-kapijiet tal-poplu u mgħallem. Mar bil-lejl mhux għax beża’ li jingħaraf minn xi ħadd, imma għax il-kliem u l-aġir provokkattiv ta’ Ġesu fit-tempju laqtu fil-laħam il-ħaj. Kien ġest u sinjal profetiku.  Għalhekk xtaq jifhem aktar il-messaġġ ta’ Ġesu. Dan jurina li mhux il-Fariżej kollha kien moħħhom magħluq.  Xi wħud kienu josservaw it-Torah b’sinċerita’ kbira u jfitttxu l-verita’. Nikodemu kien wieħed minn dawn. Continue reading “Lectio Divina għar-4 Ħadd tar-Randan Sena B”