Ittra lill-Poplu ta’ Alla


Fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Sirja, l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech jibgħat ittra dwar it-traġedja li minnha għaddej il-Poplu Sirjan.

Tajjeb li nkunu aktar konxji ta’ x’qed jiġri madwarna u, kif qalilna l-Isqof, ma nħallux il-poplu tagħna mehdi biss fit-tiżjin tal-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeggu lill-fidili Nsara biex f’għaqda ma’ Kristu msallab joffru “talb u suppliki b’leħen għoli u bid-dmugħ” lill-Missier tas-Sema (ara Lhud 5:7) għall-paċi fis-Sirja.

L-Ittra tal-Isqof tista’ ssibha hawn:https://laikosblog.org/2018/02/28/is-sirja-laboratorju-tal-krudelta/

Fit-Talbiet tal-Fidili matul il-Quddiesa, tista’ tiżdied din it-talba:

Għall-paċi fid-dinja kollha, b’mod speċjali fis-Sirja. Agħti, Missier, għat-talb ta’ Kristu Ibnek fuq is-Salib, l-għerf tiegħek lill-mexxejja tal-ġnus biex ifittxu l-paċi fost il-popli. Biegħed mid-dinja l-gwerer u l-kunflitti li jġibu l-qerda u nissel fi qlub il-bnedmin kollha mħabba u ġustizzja li jwasslu għall-għaqda u s-sliem. Nitolbu.

Tkun ħaġa sabiha jekk għandkom xi kuntatt ma’ Sirjani li jgħixu fostna, u ssehbuhom f’din l-inizjattiva għall-paċi.

Għal aktar talb għas-Sirja tista’ ssegwi dan is-sit: http://oraprosiria.blogspot.com.mt/p/blog-page_2.html

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.