“GĦALIEX ALLA JIPPERMETTI L-ĦAŻEN FID-DINJA?”

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din hija mistoqsija u nistgħu nifhmu għaliex ħafna nies jitfixklu minħabba fiha. L-anqas mhi faċli biex tweġibha. Naraw x’tgħidilna l-Kelma ta’ Alla fuqha.
Fil-Ktieb tal-Ġenesi (kapitli 1 sa 4) aħna nibdew naqraw kif Alla ħalaq id-dinja. u ħalaq l-bniedem mingħajr dnub. Seta’ l-Ġenesi jibda mingħajr din il-parti. Donnu Alla ried jagħmel apoloġija għalih innifsu fuq il-ħażen, jiddefendi lilu nnifsu. Qiesu ried jgħidilna: “Il-ħażen mhux jien daħħaltu fid-dinja: ma kienx fil-pjan tiegħi”. Continue reading ““GĦALIEX ALLA JIPPERMETTI L-ĦAŻEN FID-DINJA?””

Il-Vatikan u ċ-Ċina mistennija jiffirmaw ftehim dwar il-ħatra tal-Isqfijiet.

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li Il-ġurnal Taljan “Corriere della Sera” ikkwota rappreżentant tal-Vatikan li qal li s-Santa Sede mistennija tiffirma ftehim maċ-Ċina ix-xahar id-dieħel dwar il-ħatra tal-Isqfijiet Kattoliċi u titjib ieħor fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ stati.
Continue reading “Il-Vatikan u ċ-Ċina mistennija jiffirmaw ftehim dwar il-ħatra tal-Isqfijiet.”

Alla jaħfrilna dment li aħna naħfru lill-oħrajn

It-Tlieta 6 ta’ Marzu, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Attenti biex ma tbejtu lil ħadd f’qalbkom. Waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra llum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku wissiena dwar il-periklu li nsiru lsira tal-mibegħda u fakkar illi l-ewwel pass biex Alla jaħfer lilna hu li nagħrfu li aħna midinbin.

 

Continue reading “Alla jaħfrilna dment li aħna naħfru lill-oħrajn”

L-Evanġelju tat-Tlieta 6 ta’ Marzu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 18, 21-35

Irridu nagħmlu naqra somom biex nifhmu sew dak li qed jgħid Ġesù,.

Kull talent li jsemmi Ġesù kien daqs, bejn wieħed u ieħor 40 kilogramm deheb li bil-prezz tad-deheb illum jiswa €34, 500 immultiplikati għal 10000 jiġu €34,500,000.

Dakinar kien jiswa daqs €0.20, dak iż-żmien paga ta’ ġurnata. Jekk nieħdu l-medja tal-pagi tallum bejn wieħed u ieħor bi €8 euro s-siegħa, €64 kull ġurnata xogħol, mitt dinar jġu jiswew, bil-valur ta’ żmienna, xi €640.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta 6 ta’ Marzu 2018”