Programm Festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat Għawdex.


Programm Tal-Festa ta’ San Ġużepp Fil-Knisja tal-Lunzjata Rabat – Għawdex.
Mil-Ġimgħa 16 sat-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu: L-Ewwel Jum tat-Tridu.
Jum ta’ Talb ghall-koppji li qed iħejju ruħhom għaż-żwieġ
Fl-4.10pm : Rużarju bil-Litanija ta’ San Ġużepp. Isir talb ghall-għarajjes.
Fl-4.30pm : Quddiesa bl-omelija dwar “San Ġużepp Għarus Kastissimu tal-Verġni Marija” mir- Rev. Dun Franklin Vella. Wara tingħad Talba lil San Ġużepp u Barka Sagramentali.

Is-Sibt 17 ta’ Marzu: It-Tieni Jum tat-Tridu.
Jum ta’ talb għall-familji nsara.
Fl-4.10pm: Rużarju bil-Litanija ta’ San Gużepp. Isir talb ghall-familji ta’ pajjiżna.
Fl-4.30pm : Quddiesa bl-omelija mir-Rev. Dun Franklin Vella dwar “San Ġużepp il-Missier Putattiv ta’ Ġesu` Kristu”. Wara tingħad Talba lil San Ġużepp u Barka Sagramentali.

Il-Hadd 18 ta’ Marzu: Lejlet il-Festa.
Jum ta’ Talb ghall-haddiema.
Fl-4.10pm: Rużarju bil-Litanija ta’ San Ġużepp. Isir talb għall-ħaddiema ta’ pajjiżna.
Fl-4.30pm Quddiesa bl-omelija mir-Rev. Dun Franklin Vella dwar “San Ġużepp Mudell għall-Ħaddiema”. Wara Antifona, Talba lil San Ġużepp Ħaddiem, u Barka Sagramentali

It-Tnejn 19 ta’ Marzu: Festa ta’ San Ġużepp
Jum ta’ Talb ghall-benefatturi tal-festa ta’ San Ġużepp.
Fl-10.00am: Espożizzjoni tas-Ss.mu Sagrament. Adorazzjoni fis-skiet.
Fil-10.45am: Jasal Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. Tingħad Talba lil San Ġużepp u tingħata l-Barka Sagramentali
Fil-11.00am: Quddiesa bl-omelija dwar San Ġużepp mill-W.R. Mons.Carmelo Borg bis-sehem tal-pellegrini Maltin.
Fl-4.00pm: Adorazzjoni Solenni.
Fl-4.10pm: Jingħad ir-Rużarju bil-Litanija ta’ San Ġużepp.
Fl-4.30pm: Quddiesa Solenni bl-omelija dwar San Ġużepp mill- W.R. Mons. Ġużeppi Attard, Vigarju Episkopali għall-Katekeżi.
Wara Antifona, Talba lil San Ġużepp, u Barka Sagramentali

* Fil-granet tat-Tridu u tal-festa l-mużika tkun taht id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.