“GĦALFEJN GĦANDI NOBDI L-KMANDAMENTI?”

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

L-ewwel darba li nisimgħu bil-kmandamenti huwa fit-ktieb tal-Eżodu (20,3-17) jew fil-ktieb tad-Dewteronomju (5,6-21).

F’dan ir-rakkont naraw lill-Mulej li jgħid lil Mose’ biex joħroġ lill-Israeliti mill-Eġittu.

Kienu ilhom fl-Eġittu minn żmien ta’ Ġużeppi li kien mibjugħ minn ħutu
(Ġen kap 37). Min irid jara l-istorja kollha tal-ħruġ mill-Eġittu jista’ jara il-Ktieb tal-Eżodu. (Kien sar film sabiħ ħafna li jirrakonta din il-ġrajja: THE TEN COMMANDMENTS li kien idderiġa Cecil B. De Mille). Continue reading ““GĦALFEJN GĦANDI NOBDI L-KMANDAMENTI?””

Liturġija tal-Ewkaristija: II. It-Talba Ewkaristika

12. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Marzu 2018.

ħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq il-Quddiesa u b’din il-katekeżi nieqfu ftit fuq it-Talba Ewkaristika. Meta jintemm ir-rit tal-preżentazzjoni tal-ħobż u l-inbid, tibda t-Talba Ewkaristika, li tikkwalifika ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u hi l-mument ċentrali tagħha, ordnat lejn it-Tqarbin imqaddes.

Continue reading “Liturġija tal-Ewkaristija: II. It-Talba Ewkaristika”

L-Evanġelju tal-Erbgħa 7 ta’ Marzui 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 5, 17-19

Waqt li Ġesù kien qed jitkellem man-nies fuq il-muntanja, ma nistgħaġbux li seta’ kien hemm min, anke fost id-dixxipli tiegħu, li, issa li ġie dan ir-rabbi ġdid b’messaġġ daqshekk radikali, u jagħmlilhom kumplimenti bħal, intom il-melħ tal-art u intom id-dawl tad-dinja, kien hemm min ħaseb li seta’ jagħmel li jrid, seta’ jiddeċiedi hu x’jobdi jew x’ma jobdix, x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Hawn min għadu jirraġuna hekk illum ukoll.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 7 ta’ Marzui 2018”