Archive

Archive for March 8, 2018

“FEJN INSIBUHOM IS-SAGRAMENTI?”

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Il-Kelma ‘sagramenti’ tfisser il-grazzja li jagħtina l-Mulej biex inkunu nistgħu ngħixu ma’ Ġesu’ il-mumenti l-iktar importanti tal-ħajja tagħna. Biex jgħinna naraw din il-grazzja Ġesu’ rabat dawn il-grazzji ma’sinjali li nistgħu naraw jew nisimgħu: il-ministru, l-oġġetti li jintużaw fir-rit, u l-kliem. Read more…

Tiftaħ il-bieb lill-Kappillan għat-tberik u minfloku ssib il-Papa

March 8, 2018 Leave a comment

Bla ma kien mistenni, il-Papa Bergoglio żar Ostiagħamel it-tberik ta’ xi  familji  hemmhekk: «Qed niddisturbak? Jien Franġisku»

X’sorpriża!  Immaġina  l-uċuħ ta’ xi nies f’Ostia: iħabbat il-bieb, immorru jiftħu, jaħsbu li ser isibu l-kappillan tal-parroċċa  u minflok isibu lill-Papa Franġisku.

Flimkien ma’ Mons. Rino Fisichella u xi gwardja li s-soltu jkollu miegħu, il-Papa, wara l-ikel, rikeb il-karrozza u mar Ostia,  post ‘l barra mill-belt ta’ Ruma, li hu qrib il-baħar. Read more…

Categories: Aħbarijiet

Kampanja b’risq it-tfal tas-Sirja

March 8, 2018 Leave a comment

It-tfal huma l-vittmi fraġli ta’ sitt snin gwerra fis-Sirja, li qed ikollha effett devastanti fuq l-edukazzjoni tagħhom. Li nħarsu t-tfulija tagħhom hija prijorità edukattiva. L-E.T. Mons. Samir Nassar, l-Arċisqof Maronita ta’ Damasku qal, “Madankollu dak li qed isir f’dan il-qasam huwa ftit u mhux biżżejjed.” Il-qerda ta’ mijiet ta’ skejjel ġegħlet il-klassijiet tal-istudenti jingħaqdu fl-iskejjel li fadal, għalhekk klassi li s-soltu tkun għal 28 student issa qed tilqa bejn 50 u 60 tifel u tifla ta’ ħiliet differenti. Ħafna minnhom għandhom livell ta’ edukazzjoni baxx għall-medja tal-età tagħhom; minħabba li kellhom jitilfu xhur jew saħansitra snin ta’ lezzjonijiet għax kien wisq perikoluż biex joħorġu minn djarhom. Read more…

Categories: Aħbarijiet

L-Arċisqof Malti Joseph Spiteri jinħatar Nunzju Appostoliku fil-Libanu

March 8, 2018 Leave a comment

Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, ħatar lill-Arċisqof Joseph Spiteri, Arċisqof Titulari ta’ Serta, bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid għas-Santa Sede fil-Libanu.

joespiteri.jpgIl-Ħamis, 8 ta’ marzu 2018: Mons. Joseph Spiteri twieled Tas-Sliema fl-1959 u ġie ordnat saċerdot fl-1984. Wara l-istudji tiegħu fil-Liġi Kanonika, huwa ngħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede, fejn ta’ servizz fil-Panama, l-Iraq, il-Messiku, il-Portugall, il-Greċja u l-Venezwela. Fl-2009 Mons. Spieri ġie appuntat bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Serta u Nunzju Appostoliku ta’ Sri Lanka. Fl-2013 inħatar Nunzju Appostoliku tal-Kosta tal-Ivorju, fejn għadu jservi sal-ġurnata tal-lum.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet

Mument ta’ Spiritwalità mal-Fraternità Sekulari ta’ Charles de Foucauld (Għawdex)

March 8, 2018 Leave a comment

Il-Fraternità Sekulari ta’ Charles de Foucauld (Għawdex) se żżomm mument ta’ spiritwalità għar-Randan nhar il-Ħamis 15 ta’ Marzu fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, Victoria. Tibda fis-7.30pm. Kelliem ewlieni: Mons Lawrenz Sciberras, Biblista. Lajċi impenjati u oħrajn fil-periferija tal-Knisja huma mistiedna jattendu.
Għal iktar informazzjoni: 21553610 jew 79968020.

Categories: Avviżi

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Ħadd, 11 ta’ Marzu 2018: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-Qari tal-Quddiesa tar-Raba’ Ħadd tar-Randan, Sena B.

L-Evanġelju tal-Ħamis 8 ta’ Marzu 2018

March 8, 2018 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 14-23

Skont it-twemin tal-Lhud dan kien xitan li ma jista’ jkeċċih ħadd. Kienu jemmnu li biex tkeċċi xitan minn persuna trid l-ewwel iġġiegħelu jgħid x’jismu, tagħraf min hu. Mela la l-bniedem maħkum mix-xitan ma setax jitkellem, ma setax jgħid x’jismu għax ix-xitan bikkmu u b’hekk ma setax jinħareġ minnu.
Read more…