Home > Aħbarijiet > Kampanja b’risq it-tfal tas-Sirja

Kampanja b’risq it-tfal tas-Sirja


It-tfal huma l-vittmi fraġli ta’ sitt snin gwerra fis-Sirja, li qed ikollha effett devastanti fuq l-edukazzjoni tagħhom. Li nħarsu t-tfulija tagħhom hija prijorità edukattiva. L-E.T. Mons. Samir Nassar, l-Arċisqof Maronita ta’ Damasku qal, “Madankollu dak li qed isir f’dan il-qasam huwa ftit u mhux biżżejjed.” Il-qerda ta’ mijiet ta’ skejjel ġegħlet il-klassijiet tal-istudenti jingħaqdu fl-iskejjel li fadal, għalhekk klassi li s-soltu tkun għal 28 student issa qed tilqa bejn 50 u 60 tifel u tifla ta’ ħiliet differenti. Ħafna minnhom għandhom livell ta’ edukazzjoni baxx għall-medja tal-età tagħhom; minħabba li kellhom jitilfu xhur jew saħansitra snin ta’ lezzjonijiet għax kien wisq perikoluż biex joħorġu minn djarhom.

CaptureMatul dan ir-Randan Qaddis, l-Aid to the Church in Need (Malta) qed tagħmel kampanja biex jinġabru donazzjonijiet ġenerużi għal proġett edukattiv fil-belt ta’ Damasku, li bħalissa qed tiffaċċja wieħed mill-agħar bumbardamenti f’din il-gwerra traġika. Dan il-proġett ser jipprovdi boroż ta’ studju għall-ifqar tfal u appoġġ għat-tagħlim fid-djar għal dawk li qed ifallu l-iskola minħabba l-klassijiet iffullati u minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi.

Din il-kampanja qed issir bil-koperazzjoni tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, ta’ Fr. Effie Masini, Delegat tal-Isqof t’Għawdex għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex u ta’ Fr. Reuben Gauci, responsabbli mill-Iżvilupp Spiritwali fl-iskejjel tal-Knisja u l-Istat u tas-Sur Joe Farrugia, Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi.

It-tfal tal-iskejjel f’Malta u Għawdex huma mistiedna li fir-Randan jagħmlu sagrifiċċji żgħar u ma jieklux ħelu, krisps, xorb u bil-flus li jwarrbu jgħinu lil tfal bħalhom fis-Sirja.  L-Aid to the Church in Need (Malta) tittama li ħafna tfal jipparteċipaw f’din l-inizjattiva – anke jekk jagħtu biss Euro jew inqas kull persuna – biex b’hekk jgħinu lill-Aid to the Church in Need (Malta) tgħin lil eluf ta’ tfal fis-Sirja.

Għal aktar tagħrif jista’ jsir kuntatt ma’ …
Geraldine Griffiths – Head of Media & Communications.
Email: communications@acnmalta.org.
Telephone 21487818,  Mobile 79023742.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Mdina Road. Attard ATD 9038.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: