Il-Fraternità Sekulari ta’ Charles de Foucauld (Għawdex) se żżomm mument ta’ spiritwalità għar-Randan nhar il-Ħamis 15 ta’ Marzu fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, Victoria. Tibda fis-7.30pm. Kelliem ewlieni: Mons Lawrenz Sciberras, Biblista. Lajċi impenjati u oħrajn fil-periferija tal-Knisja huma mistiedna jattendu.
Għal iktar informazzjoni: 21553610 jew 79968020.