Il-Papa Franġisku japprova miraklu attribwit lil Oscar Romero


Il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2018: Il-Papa Franġisku neħħa l-aħħar ostaklu biex isir qaddis għal Oscar Romero, is-saċerdot Salvadoren li kien it-tarka għall-foqra u dawk misruqa minn djarhom, u spiċċa maqtul minn milizzji tal-lemin. Il-Vatikan ħabbar din il-ġimgħa li l-Papa Franġisku approva miraklu attribwit lil Romero, li jfisser li l-eks Arċisqof ta’ Sa Salvador se jkun kanonizzat kmieni s-sena d-dieħla.

romero-gerada
L-Arċisqof Oscar Romero (xellug) jidher mal-Arċisqof Malti Emanuel Gerada

Dan il-pass huwa daqqa ta’ ħarta għall-konservattivi fi ħdan il-Knisja Kattolika li kien ilhom snin jostakolaw il-kanonizzazzjoni tiegħu minħabba li Romero kien qal li kien favur it-teoloġija ta’ liberazzjoni.

Il-Papa Franġisku kien beda l-proċess għall-kanonizzazzjoni ftit wara li sar Papa. Aktar minn kwart ta’ miljun ruħ attendew iċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni ta’ Romero f’San Salvador f’Mejju tal-2015.

Romero nqatel b’tir f’qalbu meta kien qiegħed jiċċelebra l-Ewkaristija fil-kappella ta’ sptar fl-24 ta’ Marzu, 1980, jum wara li għamel sejħa biex il-militar jieqaf joqtol nies innoċenti, anke meta kien sar bosta theddid kontra tiegħu.

Fl-aħħar prietka tiegħu, huwa qal: ”F’isem Alla u t-tbatija ta’ dan il-poplu, li l-biki tiegħu jilħaq is-smewwiet b’aktar qawwa kuljum, nitlobkom, nordna lilkom, f’isem Alla, waqqfu r-ripressjoni.”

Fid-djarju tiegħu, huwa kiteb: ”Bejn dawk b’saħħithom u s-sinjuri, u l-foqra u l-vulnerabbli, ma’ liema naħa r-ragħaj għandu jkun?

Il-prietki tiegħu, fejn kien jitlob ġustizzja soċjali għall-foqra, filwaqt li kien jikkritika lill-politiċi u l-mexxejja militari, pupazzi tal-Istati Uniti, kienu jilħqu eluf ta’ nies bis-saħħa tar-radju.

Waqt il-funeral tiegħu, għexieren inqatlu meta l-armata fetħet in-nar fuq dawk li attendew, folla ta’ madwar 100,000 ruħ. Il-qtil tiegħu ġie fil-bidu ta’ gwerra ċivili li fiha mietu aktar minn 75,000 ruħ, filwaqt li eluf għebu.

Il-moviment teoloġiku tal-liberazzjoni fl-Amerika Latina tas-snin 60 u 70 kien jargument li mhuwiex biżżejjed għall-Knisja Kattolika li tissimpatizza u tieħu ħsieb il-foqra, iżda li l-istess Knisja timbotta għal tibdil politiku u strutturali biex jinqered il-faqar, anke jekk jintużaw mezzi oħra.

Franġisku, l-ewwel Papa Latin Amerikan, qatt ma kien iħaddan it-teoloġija tal-liberazzjoni u kien ikkritika bosta aspetti tal-moviment meta kien għadu saċerdot fl-Arġentina.

Iżda minn mindu laħaq Papa fl-2013, huwa saħaq li l-Knisja Kattolika trid tkun l-ewwel mal-foqra u l-imwarrba, filwaqt li huwa kritiku tal-kapitaliżmu u l-konsumiżmu.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.