Tħassib dwar ċerti deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi

It-Tlieta 13 ta’ Marzu 2018: Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija waħda mill‑entitajiet li kienet issuġġeriet li l‑Awtorità Maltija dwar l‑Ambjent u l‑Ippjanar (MEPA) kellha tinqasam f’żewġ awtoritajiet[1] sabiex ikun żgurat li interessi ambjentali ma jkunux fgati minn interessi oħra li ma jikkontribwixxux għal titjib fil‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini. Madanakollu, kienet il‑KA ukoll li uriet it‑tħassib tagħha dwar il‑mod kif saret il‑qasma tal‑MEPA fl‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) u l‑Awtorità għall‑Ambjent u r‑Riżorsi (ERA). Il‑KA tħoss li din il‑qasma setgħet saret ħafna aħjar, b’mod li jiġu evitati deċiżjonijiet ‘strambi’ li jqajmu ħafna mistoqsijiet dwar l‑operat tal‑istess awtoritajiet[2]. Eżempji ta’ deċiżjonijiet ta’ dan it‑tip huma msemmija hawn taħt. Continue reading “Tħassib dwar ċerti deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi”