Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

file-photo-mgr-guzeppi-mercieca.pngFl-okkażjoni tat-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, il-parroċċa fejn miet, fis-6.30pm. L-Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil-21 ta’ Marzu 2016, fl-età ta’ 87 sena.

Liturġija tal-Ewkaristija III. Il-“Missierna” u l-qsim tal-Ħobż

13. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 14 ta’ Marzu 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-Katekeżi tagħna fuq il-Quddiesa. Fl-Aħħar Ċena, wara li Ġesù qabad il-ħobż u l-kalċi bl-inbid, u radd il-ħajr lil Alla, nafu li “qasam il-ħobż”. Ma’ din l-azzjoni jikkorrispondi, fil-Liturġija Ewkaristika tal-Quddiesa, il-qsim tal-Ħobż, u qablu t-talba li l-Mulej għallimna, jiġifieri l-“Missierna”.

Continue reading “Liturġija tal-Ewkaristija III. Il-“Missierna” u l-qsim tal-Ħobż”

“MELA JIEN SE MMUT?” (2)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu biex ikomplu dak li għamel hu. Hu qalilhom biex jaraw lilu fil-morda u jmorru jżuruhom (Mt 25,36). Lil xi wħud minnhom, l-Ispirtu s-Santu tahom id-don tal-fejqan għall-poplu kollu, li għadu jseħħ sa llum (I Kor 12,9.28). Narawh meta San Pietru fejjaq lil wieħed magħtub “fl-Isem ta’ Ġesu’ Kristu ta’ Nazaret” (At 3,6).

Dan kollu sar mhu biss għal żmien Kristu, iżda għamlu biex jiswa’ għalina wkoll, f’kull post u f’kull żmien. Continue reading ““MELA JIEN SE MMUT?” (2)”